Il-Belt ta' Salt Lake, Utah

Il-Presbiteru u Sister Gong Jitkellmu waqt il-Jum l-Iskopertà tal-Familja f'Roots Tech

Il-Presbiteru Gerrit W. Gong tal-Kworum tat-Tnax-il Appostlu tal-Knisja ta' Ġesù Kristu tal-Qaddisn tal-Aħħar Żmien u Sister Gong se jkunu l-kelliema ewlenin għall-Jum l-Iskopertà tal-Familja fl-aħħar jum ta' RootsTech, il-laqgħa globali  tal-istorja tal-familja li se sseħħ virtwalment u fil-persuna bejn it-2 u l-4 ta' Marzu, 2023.

Öldungur Gerrit W. Gong í Tólfpostulasveitinni og systir Susan Gong á gangi með fjarskyldum ættingja, James Lindsay
Il-Presbiteru Gerrit W. Gong tal-Kworum tat-Tnax-il Appostlu u Sister Susan Gong jimxu flimkien mal-qarib distanti tagħhom James Lindsay f'art maħduma mill-antenati tagħhom waqt preżentazzjoni f'Jum l-Iskopertà tal-Familja f'RootsTech 2023.

Il-preżentazzjoni tal-Presbiteru u Sister Gong se tixxandar nhar is-Sibt, 4 ta' Marzu, fis-1.30 p.m. (Ħin Amerikan tan-Naħa ta' Lvant), fuq RootsTech.org, RootsTech fuq YouTube, Broadcasts.ChurchofJesusChrist.org and fuq l-app Librerija tal-Evanġelju.

X'inhu Jum l-Iskopertà tal-Familja?

RootsTech tiġi organizzata kull sena minn FamilySearch International u għandha s-sapport tal-Knisja ta' Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien, u l-għan tagħha huwa li tgħin lin-nies jingħaqdu u jfittxu l-qawwa fil-familja tagħhom — tal-imgħoddi, tal-preżent, u tal-ġejjieni.

Il-Jum tal-Iskopertà tal-Familja huwa avveniment ta' ġurnata waqt RootsTech imfassal speċifikament għall-Qaddisin tal-Aħħar Żmien.

It-tema ta' RootsTech għal din is-sena hija 'Ngħaqqdu' — ngħaqqdu nies, tradizzjonijiet, stejjer, memorji, teknoloġija, innovazzjoni, komunitajiet u familji.

'Kultant naħsbu li d-deċiżjonijiet tagħna jaffettaw biss lilna nfusna,' qal il-Presbiteru Gong. 'Li niskopru l-familja tagħna jfakkarna li dan mhux hekk. Aħna, il-ġenerazzjonijiet tagħna, aħna konnessi iktar milli normalment naħsbu.'

'L-istejjer li nippreservaw u naqsmu bejnietna minn ġenerazzjoni għall-oħra jistgħu jkollhom impatt qawwi f'qalbna u moħħna,' żiedet tgħid Sister Gong. Hija tittama li l-iskopertà, ir-reġistrazzjoni, u t-tixrid tal-istejjer tal-familja se jgħinu lin-nies 'ikollhom apprezzament ikbar għat-tbatijiet, kuraġġ, fidi u sagrifiċċju ta' dawk li telqu qabilna.'

'Kemm narah sabiħ il-fatt li l-avventuri tal-iskopertà tal-familja la għandhom bidu u lanqas tmiem,' qal Elder Gong. 'Dawn l-avventuri jestendu fuq iż-żewġ direzzjonijiet billi jgħaqqdu l-imgħoddi ta' familja mal-futur ta' familja.'

Ir-reġistrazzjoni għat-tliet ijiem sħaħ ta' RootsTech issa hija miftua fuq RootsTech.org. Huwa mistenni li miljuni ta' parteċipanti virtwali u fil-persuna se jieħdu sehem bejn it-2 u r-4 ta' Marzu, 2023, għal indirizzi ewlenin li jisipiraw, klassijiet istruttivi, teknoloġiji innovattivi, u l-abbiltà li tgħaqqad nies mal-familja tagħhom.

'Il-familji huma s-sisien tas-soċjetà,' qal Steve Rockwood, is-CEO ta' FamilySearch f'Ottubru li għadda. 'Li nikkonnetjaw u ngħaqqdu lill-familji minn ġenerazzjonijiet differenti jqawwi l-individwi u lin-nazzjonijiet bl-istess mod. Inħossuna kommossi u grati meta naraw li rwol li RootsTech kellha biex tgħin litteralment miljuni ta' individwi jikkonnetjaw mal-familja tagħhom, tal-imgħoddi, tal-preżent, u tal-ġejjieni.'

Bħala konferenza internazzjonali, RootsTech għaldaqstant toffri esperjenza għal nies madwar id-dinja. Meta tqis li bħalissa jeżistu iktar minn 800 kontribut b'lingwi minn pajjiżi Ewropej fuq storja tal-familja, kultura, u patrimonju, wieħed jifhem għala kull ma jmur qed isir iktar faċli għal Ewropej u d-dixxendenti tagħhom li jitgħallmu iktar dwarhom infushom u l-oriġini tagħhom. Kull sena, librerija ta' vidjos, diġà kbira, qed tkompli tespandi b'kontenut minn madwar id-dinja f'ħafna lingwi.

Din is-sena, RootsTech tinkludi avveniment fil-persuna fis-Salt Palace Convention Center fil-Belt ta' Salt Lake biex tikkomplimenta l-esperjenza onlajn tagħha.

Ingħaqdu ma' RootsTech Onlajn jew Attendu fil-Persuna


L-avveniment onlajn, li huwa b'xejn, jikkonsisti fi:

  • 200+ sessjonijiet ta' klassi u klassijiet ġodda on-demand
  • Il-preżentazzjonijiet prinċpali fuq il-palk u l-kelliema ewlenin
  • Sapport ta' chat uu konsultazzjonijiet onlajn dwar riċerka
  • Konnessjoni ma' kuġini bl-użu ta' Qraba f'RootsTech u b'messaġġi
  • Sala tal-expo virtwali

L-esperjenza fil-persuna ta' tliet ijiem fil-Convention Center fil-Belt ta' Salt Lake, Utah, tiswa $98. Din tinkludi aċċess għall-għażla virtwali, u:

  • 180+ sessjonijiet ta' klassi fil-persuna bi Q&As
  • għajnuna għal riċerka fil-persuna fuq il-FamilySearch Library
  • Demostrazzzjonijiet sponsorjati hands-on fis-sala tal-expo
  • Konnessjonijiet ma' ħbieb u kuġini fil-persuna
  • Ikel differenti u biex titrejjaq

L-aċċess għas-sala tal-expo fil-Belt ta' Salt Lake huwa b'xejn u se jinkludi iktar minn 200 esebitur, demostrazzjonijiet ta' prodotti u interazzjonijiet ma' speċjalisti fir-riċerka tagħhom.

'Għal dawk fostkom li qed jistaqsu jekk hux aħjar tingħaqdu magħna virtwalment jew fil-persuna, l-aqwa ħaġa din is-sena hija li huwa intom li se tagħżlu kif tingħaqdu magħna,' qal Jen Allen, id-direttur tal-avvenimenti fuq FamilySearch fi RootsTech sessjoni Q&A live f'Settembru 2022. 'Aħna qed nittamaw li intom tiġu sa Salt Lake jekk tkunu tistgħu, iżda jekk le, l-esperjenza virtwali se tkun inkredibbli. Għandna ġenn biex nikkonnettjaw magħkom ilkoll madwar id-dinja kollha.'

Għal iktar informazzjoni dwar RootsTech 2023, żuru RootsTech.org. Biex issir taf iktar dwar l-għażliet u l-proċess ta' reġistrazzjoni, segwi s-sessjoni diretta ta' mistoqsija-u-tweġiba fuq Facebook.