Il-Presbiteru Ulisses Soares u martu, Rosana, din il-ġimgħa rritornaw il-Portugal għall-ewwel darba minn meta mexxew il-Missjoni ta' Porto, il-Portugal għoxrin sena ilu. Iż-żjara tagħhom, ta' erbat ijiem, kienet opportunità biex iġeddu l-memorji, jimminstraw il-45,000 Qaddis tal-Aħħar Żmien tal-pajjiż u jsaħħu l-konnessjoni reċiproka ma' din l-art tal-antenati tagħhom.
'Dejjem ħlomt bil-ġurnata li ħa nirritorna hawn u nħoss l-istess sentiment li kelli meta kont president tal-missjoni,' qal il-Presbiteru Soares, li twieled il-Brażil. 'Iżda llum dan is-sentiment huwa bil-wisq ikbar. 'Huwa xi ħaġa li ma nistax niddeskrivi li nara l-unità li ġiet stabbilita hawnhekk fost il-membri, fost il-Knisja u fost il-mexxejja tal-Knisja.'
'Inħossni qisni d-dar,' żiedet tgħid Sister Soares. 'Kuntenta ħafna li erġajt ġejt hawn għaliex jien għandi demm Portugiż fil-vini tiegħi.'
Il-Presbiteru u Sister Soares bdew il-missjoni tagħhom fis-sajt tal-2000. It-tliet uliedhom kellhom 13, 9 u 5 snin. Huma qalu li l-familja esperjenzat il-mirakli. Uliedhom sabu ħbieb, imħabba u familja.
'Kienet xi ħaġa verament sabiħa għaliex it-tfal draw ħafna,' qalet Sister Soares. 'Kienu għal qalbhom ħafna hawn, u kellhom għal qalbhom in-nies, it-tfal, l-iskola, u t-tfal fil-Knisja. Kienet ħaġa verament sabiħa.'
U l-Presbiteru Soares skopra iżjed in-nisel Portugiż tiegħu.
Ġurnata fost l-oħrajn, wara li kien tkellem dwar l-antenati tiegħu f'konferenza distrettwali f'Coimbra (il-belt fejn wieħed min-nanniet tiegħu kien twieled), xi ħadd li kien interessat fil-ġeneaoloġija staqsa lill-President Soares x'kien l-isem ta' nannuh. Xi xhur wara, dan ir-raġel ippreżenta lill-Appostlu futur mijiet ta' ismijiet tal-antenati tiegħu li kienu għexu bejn is-seklu 17 u s-seklu 19. L-ismijiet kien sabhom f'reġistri li ma kenux disponibbli l-Brażil.
Wara dan ir-rigal mhux mistenni, qal il-Presbiteru Soares, Qaddisin Portugiżi ħadu dawk l-ismijiet fid-dar tal-Mulej f'Madrid, Spanja. Hemhekk, f'isem dawk il-mijiet ta' persuni, membri ddedikati tal-Knisja għamlu ċ-ċerimonji sagri li l-Knisja ta' Ġesù Kristu temmen li jgħaqqdu lill-familji għal dejjem.
Dan, qal l-Appostlu, juri l-qalb tad-deheb tal-poplu Portugiż.
'Huma lesti ħafna li jgħinu u jissapportjaw lil xulxin,' qal. 'Dar-raġel avviċinani mingħajr l-ebda rikjesta iżda għax jixtieq jixxerja l-imħabba tiegħu miegħi permezz tal-ħidma tiegħu fuq l-istorja tal-familja. … Dak kien wieħed mill-mirakli kbar li aħna esperjenzajna hawn f'dan il-pajjiż.'
Il-Presbiteru Soares qal li n-nanniet tiegħu ħadu t-tradizzjonijiet Portugiżi tagħhom magħhom meta immigraw il-Brażil. Waħda minn dawk it-tradizzjonijiet kien li spiss jiltaqgħu flimkien bħala familja f'kwalunkwe okkażjoni.
'Kien affaxxinanti tara kif in-nanniet tiegħi żammew l-użanza li jħaddnu lil xulxin u jissapportjaw lil xulxin anki meta kienu barra minn pajjiżhom,' qal il-Presbiteru Soares. 'Huma għamlu l-pajjiż żgħir tagħhom hemm fil-Brażil. U jien hekk kbirt. Hekk rabbewni l-ġenituri li għaddewli dak l-element kulturali tan-nanniet tiegħi.'
Il-ġenituri tal-Presbiteru Soares ingħaqdu mal-Knisja ta' Ġesù Kristu fl-1965, meta hu kellu 6 snin. Kieku n-nanniet tiegħu ma kenux emigraw lejn il-Brażil, il-Presbiteru Soares forsi ma kienx jiltaqa' mal-Knisja qabel mill-inqas 1975, meta l-Knisja ġiet stabbilita fil-Portugal.
Il-Presbiteru Soares jaf dan lin-nanniet maternali tiegħu, Kristjani ta' fidi oħra, ta' kemm ikkultivaw il-qalb kredenti ta' ommu, fejn dan ppreparaha biex issir Qaddisa tal-Aħħar Żmien.
'U issa jien ninsab hawn, lura f'dan il-pajjiż sabiħ fejn in-nannu tiegħi twieled, u qed naqsam it-testimonjanza tiegħi tal-evanġelju ta' Ġesù Kristu ma' dan il-poplu mill-aqwa,' huwa qal.
Matul din iż-żjara sinifikattiva ta' ministeru, il-koppja Soares, akkumpanjata minn mexxejja oħra tal-Knisja, mess il-qalb ta' ħafna Qaddisin tal-Aħħar Żmien u ħbieb tal-Knisja f'laqgħat speċjali ma' adulti żgħażagħ single u missjunarji.
'Aħna kkonnetjajna mal-għeruq tal-familja hawnhekk; in-nanniet tagħna fuq iż-żewġ naħat, fuq in-naħa tiegħi u fuq in-naħa tal-mara tiegħi, kienu Portugiżi,' spjega l-Presbiteru Soares lil grupp ta' żgħażagħ. Fi spirtu ta' unità kulturali dinjija, il-Presbiteru Soares qal bi tbissima: 'Issa tistgħu tgħidu li wieħed mill-Appostli ta' Ġesù Kristu huwa Portugiż għaliex jien ħadt iċ-ċittadinanza Portugiża tliet snin ilu. Għalhekk, issa jien veru Portugiż.'
F'laqgħa finali li kienet imxandra lil kongregazzjonijiet madwar il-pajjiż u lill-gżira nazzjon ta' Cabo Verde, il-Presbiteru Soares għallem, 'Bil-preokkupazzjonjiet tagħna, bl-isfidi kollha, bl-attakki kollha tal-avversarju, kif jista' jkun li aħna nistgħu nissopravivu dan kollu, negħlbu l-isfidi tagħna, u nkunu kuntenti? Ħuti, l-istedina tas-Salvatur lilna hija li ndawru qlubna lejh. Dan huwa l-mod kif insibu l-kuntentizza f'din il-ħajja. '
Il-Prebisteru u Sister Soares qalu li kienu mqanqlin bil-merħba mill-qalb li ngħataw u li kienu gratifikati bil-qawwa u l-fidi li raw fost l-aħwa Portugiżi.
'[Aħna] dejjem nitolbu li l-evanġelju jilħaq kullimkien f'din id-dinja,' qalet Sister Soares. 'Jien dejjem nitlob li fil-fatt jilħaq kull parti tal-Portugal sabiex il-poplu kollu jkollu l-istess privileġġ li għandna aħna li nisimgħu u nesperjenzaw il-ġmiel tal-evanġelju. Għandna tempju fil-Portugal, u din hija waħda mill-ikbar barkiet li jista' jkollna.'