Milan, l-Italja  

Il-President Johnson Ixxerred it-Tama fiċ-Ċentru tal-Ewropa  

“Nittama li nnissel it-tama ta’ Ġesù Kristu lil dawn il-Qaddisin hawnhekk fiċ-Ċentru tal-Ewropa,” qalet il-President Ġenerali tas-Soċjetà tas-Solliev tal-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien, Camille N. Johnson, li qed timministra f’erba’ pajjiżi taċ-Ċentru tal-Ewropa għal disat ijiem. 

Il-President Johnson qed tivvjaġġa ma’ żewġha, Doug; Sister Tracy Y. Browning, it-tieni konsulent fil-Presidenza Ġenerali tal-Primarja; u r-raġel ta’ Sister Browning, Brady. Il-mexxejja bdew iż-żjara tagħhom f’Milan, l-Italja, nhar is-Sibt, 14 ta’ Settembru, 2024.  

“Hemm biċċa minn qalbi li tinsab Milan sa mill-2016 meta ibni serva ta’ missjunarju hawnhekk,” qalet il-President Johnson.  

Il-missjunarji mill-Missjoni ta’ Milan fl-Italja ltaqgħu mal-Uffiċjali Ġenerali matul iż-żjara tagħhom.  

Għal dawn l-aħħar tmien snin, il-Knisja ta’ Ġesù Kristu kkollaborat ma’ Progetto Arca fl-Italja, li jipprovdu assistenza ta’ akkomodazzjoni u Ikel għal dawk fil-bżonn. Nhar is-Sibt, Il-President Johnson u Sister Browning kellhom l-opportunità li jiltaqgħu mal-mexxejja ta’ din l-organizzazzjoni.  

“Kont impressjonata li l-principji li qed iħaddmu b’suċċess hawnhekk huma l-prinċipji tal-evanġelju ta’ Ġesù Krist, it-tagħlim tagħhom, u l-awtodipendenza. U qed jindirizzaw il-bżonnijiet tal-individwu,” qalet il-President Johnson. 

Il-Ħadd, l-Uffiċjali Ġenerali mministraw lil xi sisters f’darhom f’Milan.  

“Is-sentimenti tiegħi dejjem inħosshom elevati meta nisma’ dawn in-nies jagħtu xhieda tal-impenn tagħhom lejn Ġesù Kristu u tal-qawwa li jsibu fih, qawwa li tiflaħ kontra sfidi diffiċli,” qalet il-President Johnson. 

Membri tas-Soċjetà tas-Solliev inġabru wkoll fid-dar tal-laqgħat tal-Knisja ġewwa Milan il-Ħadd filgħaxija għal xandira mal-pajjiż kollhu. 

Il-President Johnson u Sister Browning se jżuru wkoll Praga, fir-Repubblika Ċeka; Budapest, l-Ungerija; u Żagreb, il-Kroazja. Din se tkun l-ewwel darba għalihom li se jkunu f’dawn il-pajjiżi biex jimministraw.  

“Għandi ġenn biex inħaddan lil dawk is-sisters twajbin u lill-Qaddisin aħna u nżuru kull wieħed minn dawk l-ibliet, bit-tama li nwassluhom waħda waħda l-imħabba tas-Salvatur Ġesù Kristu,” temmet tgħid il-President Johnson.