Camille N. Johnson, il-President Ġenerali tas-Soċjetà tas-Solliev tal-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien, temmet żjara ta’ ministeru li ħadet disat ijiem fl-Ewropa Ċentrali f’Żagreb, il-Kroazja, nhar il-Ħadd, 22 ta’ Settembru, 2024. “Dejjem hemm dak il-mument meta nieqaf quddiem il-membri, u partikolarment is-sisters tas-Soċjetà tas-Solliev, meta nħares f’għajnejhom, u nħoss din l-imħabba qawwija ħafna għalihom,” qalet il-President Johnson.
Mexxejja tal-Knisja jiltaqgħu mar-Red Cross tal-Kroazja f’faċilità għal familji spostati f’Żagreb, il-Kroazja, nhar il-Ġimgħa, 20 ta’ Settembru, 2024. Il-Knisja ta’ Ġesù Kristu tat donazzjoni ta’ ħames magni tal-ħasil u ħames dryers biex tassisti 600 familja.
Camille N. Johnson, il-President Ġenerali tas-Soċjetà tas-Solliev u Sister Tracy Y. Browning mill-Presidenza Ġenerali tal-Primarja jiltaqgħu ma’ Petr Gandalovic, direttur tal-assistenza umanitarja għall-Ministeru tal-Affarjiet Barranin tar-Repubblika Ċela, fi Praga nhar it-Tlieta, 17 ta’ Settembru, 2024.
Camille N. Johnson, il-President Ġenerali tas-Soċjetà tas-Solliev u Sister Tracy Y. Browning mill-Presidenza Ġenerali tal-Primarja jżuru ġnien f’Jako doma, kenn għal nisa mingħajr dar fi Praga, ir-Repubblika Ċeka, nhar it-Tlieta, 17 ta’ Settembru, 2024.
Camille N. Johnson, il-President Ġenerali tas-Soċjetà tas-Solliev u Sister Tracy Y. Browning mill-Presidenza Ġenerali tal-Primarja jżuru d-Dum Ronalda McDonalda (Ronald McDonald House) fi Praga, ir-Repubblika Ċeka, nhar it-Tlieta, 17 ta’ Settembru. Familji bi tfal rikoverati fl-Isptar tal-Università jistgħu joqogħdu f’din id-dar waqt iż-żjara tagħhom.
Sisters tas-Soċjetà tas-Solliev f’Milan, l-Italja, ġabru ħwejjeġ u oġġetti oġra mogħtijin min-nies biex jitqassmu ma’ nies fil-bżonn. Camille N. Johnson, il-President Ġenerali tas-Soċjetà tas-Solliev, tisma’ dwar il-proġett f’dar tal-laqgħat tal-Knisja ġewwa Milan, l-Italja, nhar il-Ħadd, 15 ta’ Settembru, 2024.
Żewġha, Doug, Sister Tracy Y. Browning tal-Presidenza Ġenerali tal-Primarja, u ir-raġel ta’ Sister Browning, Brady, ingħaqdu mal-ministeru. Membri tal-Presidenza tar-Reġjun tal-Ewropa Ċentrali u mexxejja reġjonali tal-Knisja, ivvjaġġaw mal-Uffiċjali Ġenerali, sal-Italja, ir-Repubblika Ċeka, l-Ungerija, u l-Kroazja.
Il-President Johnson tmexxi l-organizzazzjoni tan-nies ta’ din il-fidi, li għandha 8 miljun membru madwar id-dinja. Sister Browning għandha taħt ħarsitha mijun tifel u tifla Qaddisn tal-Aħħar Żmien.
Sforzi Umanitarji fl-Ewropa Ċentrali
F’Żagreb, il-mexxejja tal-Knisja żaru r-Red Cross tal-Kroazja f’faċilità għall-familji fil-bżonn. Il-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien tat bħala donazzjoni ħames magni tal-ħasil u ħames dryers biex tassisti 600 familja spostata.
“Nifhem li dawk il-magni tal-ħasil kienu tassew popolari – 80,000 ħasla ġew proċessati fil-magni tal-ħasil mogħtija mill-Knisja,” qalet il-President Johnson.
“Ninsabu wkoll eċitati li qed inħabbru li l-Knisja qed tikkontribwixxi biex tirrestawra kċina hemmhekk sabiex il-familji jkollhom l-opportunità li jsajru xi ikel li jixtiequ għalihom f’post sigur,” żiedet tgħid.
“Qed nagħtuhom sens ta’ dinjità u anki biex niżviluppaw dawk il-ħiliet ta’ awto-dipendenza, aktar milli dejjem jiddependu fuq oħrajn biex isajrulhom xi ħaġa tal-ikel,” qalet il-President Johnson.
Fir-Repubblika Ċeka, il-mexxejja ltaqgħu ma’ Petr Gandalovic, id-direttur tal-assistenza umanitarja għall-Ministeru tal-Affarjiet Barranin tal-pajjiż.
“Ninsabu ħerqana li nservu lill-poplu tar-Repubblika Ċeka,” qal il-President Johnson.
“Għandna membri madwar id-dinja li huma ħerqana li jgħinu lil ħuthom u jservu kif kieku kien jagħmel is-Salvatur,” żiedet tgħid.
Meta kienu Praga, l-Uffiċjali Ġenerali żaru wkoll Jako doma (bħad-dar), kenn għan-nisa mingħajr dar, u d-Dum Ronalda McDonalda (Dar Ronald McDonald) fejn familji bit-tfal fl-Isptar tal-Università fil-qrib jistgħu joqogħdu.
Donazzjonijiet riċenti fiċ-ċentru fil-komunità għal nies mingħajr saqaf jinkludu għodda biex jiġi indokrat ġnien fil-komunità u dishwasher.
F’Budapest, l-Ungerija, il-President Johnson u Sister Browning tkellmu mal-mexxejja tal-Fondazzjoni għall-Awtiżmu, li tmexxi skola għal tfal bl-awtiżmu. Il-Knisja tat materjal aġġornat għat-tagħlim u għodda edukattivi oħra biex jitgħallmu l-istudenti.
Aħwa tas-Soċjetà tas-Solliev f’Milan, l-Italja, ġabru flimkien ħwejjeġ li taw in-nies u affarjiet oħra, biex jqassmuhom ma’ dawk fil-bżonn. Dawn l-oġġetti jaħżnuhom fi spazju li n-nisa jsejħulu “Il-Kantuniera tas-Smewwiet,” li wieħed isib fil-livell t’isfel ta’ dar tal-laqgħat tal-Knisja.
“Qed jiġbru d-donazzjonijiet ta’ ħwejjeġ u affarjiet tal-kamra tas-sodda għall-familji li qed jipprovdu lill-popolazzjoni tal-immigranti ta’ hawnhekk, u kull sister kellha l-opportunità li tipparteċipa,” qalet il-President Johnson.
Sisters tas-Soċjetà tas-Solliev jaħslu u jgħaddu l-ħwejjeġ u affarjiet li rċevew bħala donazzjonijiet biex iqassmu mal-familji.
Vismara qalet li ħafna minn dawk li qed jirċievu l-għajnuna ġejjin mill-Amerka t’Isfel, inkluż il-Brażil u l-Peru. In-nisa li għandhom bżonn l-assistenza jistgħu jżuru ċ-ċentru b’appuntament biex jirċievu bla ħlas l-oġġetti mogħtija.
Vismara said many of those receiving support come from South America, including Brazil and Peru. Women needing assistance can visit the center by appointment to receive the donated items at no cost.
Sforzi ta’ Ministeru
L-Uffiċjali Ġenerali ltaqgħu mal-mexxejja tas-Soċjetà tas-Solliev u ma’ Qaddisin tal-Aħħar Żmien madwar l-Ewropa Ċentrali kollha matul il-ministeru tagħhom.
Fl-Italja, Sister Browning ipparteċipat ukoll f’laqgħa mmexxija minn tfal tal-Primarja.
“Ħadna ħafna gost inkantaw il-kanzunetta, nagħmlu l-krafts, nisimgħu lit-tfal jaqsmu ma’ xulxin l-impressjonijiet tagħhom tal-evanġelju ta’ Ġesù Kristu, kif iħossuhom dwar it-tħejjija għall-magħmudija,” qalet Sister Browning. “Huwa important immens li nistiednu lit-tfal biex jużaw id-doni u t-talenti tagħhom biex ibierku lil ħaddieħor.”
Is-sisters temmu l-ministeru tagħhom fil-Kroazja, billi ltaqgħu mal-mexxejja lokali, mal-adulti żgħażagħ, u missjunarji mill-Missjoni tat-Tramuntana tal-Adriatiku li nġabru għal konferenza tad-distrett.
“Jogħġobni wisq dak l-ispirtu ta’ ġabra li wieħed isib f’dan ir-reġjun partikolari tad-dinja,” qalet Sister Browning.
Il-President Johnson qalet, “Jiena naf li Missierna fis-Smewwiet iħobb lil uliedu kollha, u li Hu konxju tal-ħtiġijiet tal-Qaddisin tagħna u tal-poplu kollu li jsejħu l-Ewropa Ċentrali bħala darhom.