Barċellona, Spanja

Il-President Rubén V. Alliaud  iġedded ir-rabtiet profondi ta’ fiduċja u impenn f’Barċellona

Programmi ta’ donazzjonijiet ta’ sapport għal nies vulnerabbli

Fis-17-18 ta’ Diċembru, 2024, Il-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien tat donazzjonijiet sinifikanti lil tliet istituzzjonijiet tal-karità f’Barċellona. Il-Presbiteru Rubén V. Alliaud, il-President tar-Reġjun Ċentrali tal-Ewropa, irrappreżenta lill-Knisja f’dawn l-isforzi. Il-Knisja tikkollabora ma’ organizzazzjonijiet umanitarji madwar l-Ewropa kollha biex tnaqqas it-tbatija u tieħu ħsieb dawk li jinsabu fil-bżonn. “Wara dawn il-proġetti dejjem hemm l-uċuħ, u hemm il-qlub u hemm il-ħolm” saħaq il-President Alliaud.

a man and a woman smiling
Sor Lucia Caram, id-Direttur tal-Bord tal-Fiduċjarji tal-Fondazzjoni Kunvent ta’ Santa Klara Convent mal-Presbiteru Rubén V. Alliaud, il-President tar-Reġjun taċ-Ċentru tal-Ewropa tal-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien.

Casal dels Infants

Il-Knisja ilha tappoġġja b’mod attiv lil Casal dels Infants, organizzazzjoni ddedikata biex tgħin lit-tfal li jinsabu f’riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali, mill-2023. Din il-kollaborazzjoni wasslet għal titjib sinifikanti fl-infrastruttura tal-faċilitajiet tal-organizzazzjoni u f’dak li huwa tqassim ta’ ġugarelli għat-tfal. Barra minn hekk, il-Knisja ffinanzjat 30 fil-mija tal-boroż ta’ studju meħtieġa biex jiġu operati l-programmi edukattivi “tfal f’riskju”.

Id-Direttur tal-Komunikazzjoni u Kollaborazzjonijiet taċ-Ċittadini, Raquel Ortega I Clotet, qalet, “L-edukazzjoni hija l-għodda tagħba biex inkissru ċ-ċiklu tal-faqar. L-għajnuna essenzjali tal-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien hija ddedikata biex tissapportja s-servizzi edukattivi u soċjali li ħafna subien u bniet jeħtieġu biex itejbu s-sitwazzjoni tagħhom u jnaqqsu l-effetti li l-faqar jista’ jkollu fuq il-preżent u l-futur tagħhom.” Il-President Alliaud żied jgħid, “Din [l-edukazzjoni] hija l-ikbar għemil tal-jum, l-ikbar mezz għall-ugwaljanza, l-ikbar għajn tal-opportunitajiet kollha.”

Fundación Convento Santa Clara

Il-Fundación Convento Santa Clara hija organizzazzjoni mingħajr skop ta’ qligħ iddedikata biex tippreveni, tagħraf, u tieħu ħsieb individwi f’sitwazzjonijiet ta’ esklussjoni soċjali. Insibu familji ta’ ġenitur wieħed, vittmi ta’ vjolenza tal-ġeneru, individwi b’vizzji, tfal u xjuħ vulnerabbli, immigranti, refuġjati, u persuni mingħajr dar. Il-Knisja ilha tikkoopera mal-Fondazzjoni minn żmien il-COVID-19, f’Marzu 2020, billi tikkontribwixxi għall-bank tal-ikel tagħha, il-ġonna tal-familja, sistemi ta’ filtrazzjoni, tank tal-ilma, renovazzjonijiet ta’ appartamenti, u aġġornamenti infrastrutturali għall-maħżen il-ġdid tagħha.

“Li nsir naf mill-qrib lill-missjunarji u, dan l-aħħar, lill-mexxejja tal-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien kien għalija rivelazzjoni ta’ vera ta’ x’ifisser li b’mod sinċier tgħix u taqsam il-fidi tiegħek ma’ ħaddieħor,” qalet Sor Lucia Caram, Direttur tal-Bord tal-Fiduċjarji.  “Dan jagħtini l-qawwa u jkebbes it-tama tiegħi fix-xewqa ta’ Ġesù li aħna lkoll insiru ħaġa waħda.” Kompliet tgħid li “l-Fondazzjoni tal-Kunvent ta’ Santa Klara tħoss ammirazzjoni profonda u gratitudni lejn l-aħwa tal-Knisja ta’ Ġesù Kristu, li magħhom aħna ‘nilagħbu fl-istess tim.’ L-unità li Ġesù ried hija xi ħġa reali: ejjew u araw.”

Salib Aħmar Sabadell

Salib Aħmar Sabadell timmira li tipprevjeni u ttaffi t-tbatija umana, li tipproteġi l-ħajja u s-saħħa, u li tassigura rispett għall-bnedmin kollha. Bħalissa l-Knisja qed tassisti biex spazju fil-faċilità tas-Salib Aħmar jingħata skop ġdid ħalli jinħoloq suq fejn dawk fil-bżonn jistgħu jsarrfu punti li jiksbu permezz ta’ ħiliet ta’ awto-dipendenza f’oġġetti essenzjali. Dan l-aħħar il-Knisja tat għotja ta’ flus niex jinxtraw 200 tibdila u 200 kutra għal refuġjati u immigranti vulnerabbli fiz-zona.

Montse Font, il-President ta’ Salib Aħamar Sabadel, apprezza ż-żjara tal-President Alliaud. “Ir-relazzjoni li nżommu mal-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien hija eżempju ċar ta’ kif kollaborazzjoni reċiproka tista’ tiġġenera impatt pożittiv u trasformattiv fuq is-soċjetà, speċjalment fuq l-iktar nies vulnerabbli. L-aħħar żjara fil-kwartieri għolja tagħna ta’ delegazzjoni tal-Knisja, immexxija mill-president tagħha tar-Reġjun Ċentrali tal-Ewropa, Ruben V. Alliaud, kienet opportunità biex inseddqu mill-ġdid ir-rabtiet profondi ta’ fiduċja u impenn li naqsmu ma’ xulxin. Grazzi għas-sapport kontinwu tagħkom, aħna stajna niżviluppaw proġetti u trattati varji li tejbu l-ħajja ta’ ħafna nies li aħna, bħala Salib Aħmar, inservu. Huwa privileġġ li jkollok alleat bħall-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien, li tifhem l-importanza li naħdmu flimkien għall-ġid komuni u li, jum wara l-ieħor, tgħinna nwettqu proġetti li jtejbu b’mod reali l-ħajja tan-nies.”

a group of people standing
Mil-lemin għax-xellug fl-Uffiċċji tas-Salib Aħmar: Sister Mary Rees u l-Presbiteru Craig Rees, missjunarji tal-Benesseri u l-Awto-Dipendenza għall-Knisja; il-Presbiteru Alliaud; Montse Font, President tas-Salib Aħmar Sabadell; Christian Ottiker, Maniġer tas-Servizzi għall-Welfer u l-Awto-Dipendenza fir-Reġjun Ċentrali tal-Ewropa tal-Knisja u David Jové, Espert Tekniku għas-Salib Aħmar Sabadell.

L-impenn tal-Knisja li tgħin il-foqra u lil dawk fil-bżonn isib l-għeruq tiegħu fit-tagħlim u l-eżempju ta’ Ġesù Kristu. Din id-dedikazzjoni hija mnebbħa mit-twemmin fis-siwi inerenti ta’ kull individwu u f’missjoni biex intaffu t-tbatija, nippromwovu l-awto-dipendenza, u nrawmu r-reżiljenza fil-komunità. Il-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien tapprezza li taħdem ma’ organizzazzjonijiet li għandhom l-istess viżjoni tagħha li jieħdu ħsieb dawk fil-bżonn.