Brussell

Il-President tal-Organizzazzjoni tan-Nisa tal-Knisja titkellem fil-Parlament tal-UE

Sister Camille N. Johnson offriet il-perspettiva tagħha dwar kif tagħti s-setgħa lill-libertà tar-reliġjon jew tat-twemmin tan-nisa.

Sister Camille N. Johnson, il-President Ġenerali tas-Soċjetà tas-Solliev tal-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien, tkellmet fil-Parlament Ewropew nhar l-4 ta’ Marzu 2024, fi Brussell, u indirizzat laqgħa ta’ rappreżentanti minn organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, knejjes u avukati tal-libertà reliġjuża. Hi tkellmet dwar “It-Tisħiħ fil-Libertà tar-Reliġjon jew Twemmin fin-Nisa”, u qasmet l-esperjenzi u l-għarfien personali tagħha dwar kif in-nisa li jemmnu jistgħu jikkontribwixxu għal soċjetà aktar ġusta u inklużiva.

L-avveniment kien organizzat mis-Sinjura Anja Haga, membru tal-Parlament Ewropew, bi sħab mal-EU & l-Uffiċċju tar-Relazzjonijiet Internazzjonali tal-Knisja fi Brussell. Il-preżentazzjonijiet koprew il-perspettivi differenti tal-libertà tar-reliġjon u t-twemmin u inkludew żewġ diskussjonijiet fejn ġew kondiviżi stejjer personali minn bosta nies. L-avveniment ħabat mal-Jum Internazzjonali tal-Mara, li jiġi ċċelebrat nhar it-8 ta’ Marzu ta’ kull sena biex jiġu rikonoxxuti l-kisbiet u l-isfidi tan-nisa minn madwar id-dinja.

Sister Johnson bdiet l-intervent tagħha billi ddikjarat l-irwol uniku li n-nisa għandhom fis-soċjetà, billi jkunu mexxejja naturali, għalliema, paċifiċi u kuraturi. Jekk il-libertà tar-reliġjon jew tat-twemmin ma tkunx protetta, dan l-irwol ma jitwettaqx kompletament.

“Xjentisti soċjali żvelaw li meta s-soċjetajiet u l-gvernijiet jirrestrinġu l-libertajiet reliġjużi, il-kunflitt soċjali jiżdied. Tali kunflitt u l-vjolenza dejjem ħa tagħmel ħsara lill-aktar vulnerabbli, inklużi n-nisa u t-tfal. Tiddestabilizza l-ekonomija u l-familji. Iżżid l-inugwaljanza, inkluża l-inugwaljanza bejn is-sessi. U żżomm lin-nisa milli jużaw id-doni intrinsiċi tagħhom biex jikkultivaw il-paċi”, stqarret.

Semmiet li jekk in-nisa ordinarji jridu jwettqu r-rwoli uniċi tagħhom ta’ kuljum li jġibu l-paċi, huma stess jeħtieġu li jiġu ispirati, imrawwma, imfejqa, mogħtija s-setgħa, u mgħallma dwar il-potenzjal divin tagħhom. In-nisa “għandu jkunu kapaċi jgħixu skont l-ogħla aspirazzjonijiet u l-valuri tagħhom, u li jiġbru, jaqsmu, u jorganizzaw għal appoġġ reċiproku. Dan, ovvjament, huwa dak li toffri libertà soda tar-reliġjon u t-twemmin – l-assigurazzjoni lin-nisa, l-irġiel u t-tfal li jistgħu jgħixu ħajja morali tajba b’appoġġ reċiproku ta’ sħabhom fit-twemmin filwaqt li jagħtu l-istess dinjità lill-ġirien tagħhom,” iddikjarat hi.

L-ewwel diskussjoni tal-panel iċċentrata l-iktar fuq ir-reżiljenza tan-nisa madwar id-dinja u l-istejjer tagħhom fit-tfittxija tal-libertà tar-reliġjon u t-twemmin. Fost il-kelliema kienu hemm Rachel Bayani, li tirrappreżenta l-Komunità Internazzjonali Bahá'í, Helene Fisher, uffiċjal legali għall-Ġeneru u l-Libertà Reliġjuża u Anastasia Hartman, li tirrappreżenta l-Open Doors International.

It-tieni panel iffoka fuq il-preżentazzjoni ta’ strateġiji u soluzzjonijiet għall-promozzjoni tad-drittijiet tan-nisa fil-kuntest tal-libertà tar-reliġjon jew tat-twemmin. Carolyn Handschin, President tal-Kumitat tal-NGOs dwar l-Istatus tan-Nisa f’Ġinevra, offriet għarfien dwar il-kontribut tal-organizzazzjoni tas-soċjetà ċivili fil-qafas tan-Nazzjonijiet Uniti. Susan Kerr, Konsulent Anzjan dwar il-Libertà tar-Reliġjon tat-Twemmin mill-Uffiċċju għall-Istituzzjonijiet Demokratiċi u d-Drittijiet tal-Bniedem tal-OSKE qasmet l-importanza tas-sigurtà fl-eżerċizzju tal-libertà tar-reliġjon tiegħu.

Francesco Di Lillo, Direttur tal-Uffiċċju tal-UE u l-Affarijiet Internazzjonali tal-Knisja fi Brussell, mexxa l-panel, qed jittama li “dan l-avveniment iqanqal aktar djalogu u kollaborazzjoni fost il-mexxejja reliġjużi u politiċi, kif ukoll is-soċjetà ċivili, biex jippromwovu u jipproteġu l-libertà reliġjużi tan-nisa madwar id-dinja.”

L-organizzatur tal-avveniment, is-Sinjura Anja Haga, fil-konklużjoni tagħha, qalet li “jekk irridu l-paċi, irridu noqogħdu għal-libertà tar-reliġjon. U trid tiġġieled għal-libertà tar-reliġjon għan-nisa. Hekk tistabilixxi l-paċi fid-dinja”.

Il-ġurnata ikkonkludiet b’ikla man-nisa ambaxxaturi u mexxejja minn organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, li komplew d-djalogu dwar il-perspettivi tal-libertà reliġjuża u kif dan id-dritt fundamentali jista’ jwassal għal soċjetajiet aktar ġusti.

Sister Johnson iltaqgħet ukoll ma’ membri tal-Knisja fi Brussell, f’laqgħa devozzjonali speċjali għan-nisa. Iktar tard ipparteċipat f’laqgħa mal-missjunarji tal-Knisja li qed jaqdu fil-Missjoni tal-Belġju Netherlands. Dik il-laqgħa saret fid-dar tal-laqgħat il-ġdida tal-Knisja fi Breda, l-Olanda.