Il-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien hija knisja ċċentrata fuq Kristu. F’dawn l-aħħar snin, l-isforzi ffukaw fuq li jiżguraw li l-programmi u r-riżorsi tal-Knisja jirriflettu lil Ġesù Kristu bħala l-punt fokali. Konsegwentament, il-Programm għall-Irkupru mill-Vizzju sponsorjata mill-Knisja reċentement ġie msemmi mill-ġdid bħala “Fejqan permezz tas-Salvatur: Il-Programm għall-Irkupru mill-Vizzju.”

Il-Knisja rrestawrata ta’ Ġesù Kristu ħarġet l-ewwel manwal tagħha għall-programm għall-irkupru mill-vizzju fis-snin tmenin. Bil-permess, dan il-manwal huwa bbażat fuq it-12-il pass ta’ Alcoholics Anonymous World Services Inc., iżda adattat biex jinkorpora d-duttrina, il-prinċipji u t-twemmin tal-Knisja. Dan il-manwal u l-gruppi ta’ sapport assoċjati kienu magħrufa bħala l-Programm għall-Irkupru mill-Vizzju.
F’indirizz tal-2018, Il-President Russell M. Nelson enfasizza l-importanza li nużaw l-isem korrett tal-Knisja rrestawrata, jgħid “Jekk aħna bħala poplu u bħala individwi rridu li jkollna aċċess għall-qawwa tal-Espjazzjoni ta’ Ġesù Kristu—liema qawwa tkun tista’ tnaddafna u tfejjaqna, issaħħana u ultimament teżaltana—aħna lilu għandna nagħrfuh b’mod ċar bħala s-sors ta’ dik il-qawwa.” Wara dan id-diskors, ħafna applikazzjonijiet, websajts, u programmi tal-Knisja għaddew minn bidliet fl-isem biex jaqblu ma’ din it-twiddiba u jirrikonoxxu s-Salvatur. Issa, il-programm ta’ rkupru mill-vizzju jieħu l-isem il-ġdid tiegħu, Fejqan permezz tas-Salvatur: Il-Programm għall-Irkupru mill-Vizzju. It-titlu l-ġdid tiegħu jenfasizza prinċipju importanti tal-evanġelju: il-fejqan veru kollu jiġi permezz tas-Salvatur tagħna, Ġesù Kristu, li “jfejjaq il-qlub maqsuma, hu jorbot il-ġrieħi tagħhom.” (Salm 147:3)
Il-programm ta’ rkupru mill-vizzju sponsorjati mill-Knisja ħalla impatt li nfirex mad-dinja kollha. Fi ħdan ir-Reġjun tal-Ewropa Ċentrali, l-Knisja torganizza sitta u tletin laqgħa onlajn fi tmien lingwi—il-Bulgaru, l-Ingliż, l-Ispanjol, it-Taljan, il-Ġermaniż, il-Franċiż, l-Olandiż, u l-Ukren—b’żewġ gruppi internazzjonali ddedikati speċifikament biex jgħinu adulti żgħażagħ. Dawn il-gruppi u laqgħat huma maqsuma fi tliet skopijiet ewlenin: il-vizzju ġenerali, l-użu tal-pornografija, u l-appoġġ tal-konjuġi u l-familja. Għalkemm immexxija minn membri tal-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien, individwi minn kwalunkwe tradizzjoni ta’ fidi kif ukoll dawk ta’ mingħajr fidi huma mistiedna jattendu.
Il-Knisja qed taħdem kontinwament biex iżżid l-għarfien dwar dawn il-gruppi ta’ rkupru disponibbli fl-Ewropa. Fl-2023, l-attendenza tal-programm żdiedet b’56 fil-mija meta mqabbla mas-sena ta’ qabel.
Meta ġew mistoqsija dwar l-esperjenza tagħhom bil-programm ta’ rkupru mill-vizzju, Chiara mill-Italja qalet, “Għal ħafna snin, ippruvajt negħleb il-vizzju tiegħi qabel ma ngħaqad ma’ grupp. Minkejja li studjajt il-manwal, fittixt l-għajnuna mill-isqof, u anke kkonsultajt speċjalista, ma stajtx napplika l-passi f’ħajti biex nirċievi l-qawwa tal-fejqan li joffrilna l-Mulej.” Hija kompliet, “Peress li qad nisma’ lil oħrajn fil-grupp jaqsmu l-esperjenzi tagħhom, bdejt nifhem bil-mod il-mod x’nista’ nagħmel biex negħleb ċerti ostakli, u issa ninsab ferm aħjar. Fi kliem ieħor, [il-programm għall-irkupru mill-vizzju] tgħinna inkunu aktar bħal Kristu.”
Fejqan permezz tas-Salvatur: Il-Programm għall-Irkupru mill-Vizzju huwa disponibbli għal kulħadd fil-komunità. Jekk intom jew xi ħadd li tafu hu interessat li jingħaqad ma’ grupp, tistgħu żżuru https://addictionrecovery.churchofjesuschrist.org/. Il-manwal aġġornat jista’ jiġi aċċessat fuq Healing through the Savior: The Addiction Recovery Program 12-Step Recovery Guide (churchofjesuschrist.org).