Għal aktar minn tletin sena, il-kċina tal-karità tal-parroċċa Skalabrijana msejħa Parrochia del Santissimo Redentore f’Ruma, ilha sservi ikliet sħan lil minn hu bla saqaf u vulnerabbli tal-komunità lokali tagħha.
Missjunarji mill-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien jippreparaw ikliet imballati għall-kċina tal-karità.
Il-parruċċani lokali jiġbru oġġetti tal-ikel minn ħwienet lokali u donazzjonijiet privati. Bl-għajnuna tal-voluntiera, ħamest ijiem fil-ġimgħa, jiġu servuti madwar 150 persuna u jgawdu ikla sħuna kuljum.
Il-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien tagħti fondi biex tissupplixxi dak li hu meħtieġ biex tipprovdi dawn l-ikliet. Missjunarji u membri tal-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien volontarjament jippreparaw l-ikel u jservu l-ikliet darba fil-ġimgħa. Huma jsellmu lill-viżitaturi, iservu l-ikliet, imbagħad jgħinu fit-tindif.
Il-kamra tas-servizz fejn ħafna jistgħu jidħlu jistkennu mit-temp ikraħ u jgawdu ikla sħuna. Ħafna mill-viżitaturi jiġu hawn biex jiġbru ikla ippakkjata biex jieklu xi mkien ieħor.
Matul l-istaġun tal-Milied, il-membri tal-knisja tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien u l-missjunarji għenu ftit aktar. Għall-adulti, ħejjew rigali biex jissaħħnu fix-xitwa kiefra, ċikkulata, ħelu żgħir ieħor, u pakketti tal-gallettini. Kull tifel irċieva borża li tista’ terġa’ tintuża mimlija ġugarell u ħelu.
Missjunarji mill-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien lesti biex iqassmu basktijiet tal-Milied.
Meta mistoqsi għaliex kien volontarju fis-Soup Kitchen, Aldo, helper hemmhekk qal, 'Inħobb ngħin nies oħra. Xtaqt inkun kok. Dan jagħtini xi ħaġa li nkun impenjat biha. Naf li huwa xogħol iebes, imma meta immur lura d-dar, inħossni tajjeb.” Spjega li kulħadd jista’jispiċċa bla xogħol. “Titlef ix-xogħol, malajr tmur fuq in-naħa l-oħra.”
Aldo, voluntier fil-kċina tal-karità jipprepara l-ikel.
Bis-saħħa tad-donazzjonijiet li jingħataw u l-involviment tal-voluntiera, dawk li jżuru kuljum il-Kċina tal-Karità tal-Parroċċa ta’ Skalabrijana se jkomplu jirċievu ikliet sħun li jipprovdu s-sostenn lil dawk li jkunu waqgħu fi żminijiet diffiċli.
Missjunarji mill-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien qed jippreparaw biex iservu l-ikla lill-ġirien fil-bżonn.
Membru tal-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien jipprepara l-ikel.