
Xi xhur ilu, eluf ta’ nies żaru li stand tagħna tal-Knisja fil-Fiera tal-Kotba ta’ Frankfurt fejn kellhom l-opportunità li jitgħallmu dwar il-Ktieb ta’ Mormon, jaqrawh, u jitkellmu dwar l-impressjonijiet tagħhom. Fuq in-naħa l-oħra ta’ dan li stand, folol sħaħ ta’ nies li żaruna setgħu jesperjenzaw fil-kumdità tagħhom l-istorja tal-familja u baqgħu mistagħġbin bl-iskala ta’ ħidma mwettqa minn FamilySearch.
Wara li kisbu l-informazzjoni, kienu ħafna minn dawk li żaruna li staqsewni: Għalfejn qed tagħmlu dan kollu?
Dan kien segwit minn konverżazzjonijiet profondi dwar l-evanġelju ta’ Ġesù Kristu u l-pjan tal-fidwa. Dawn il-konverżazzjonijiet għamlu xi affarjiet ċari ħafna għalija:
- M’hemm lebda raġuni għala għandna noqogħdu lura milli naqsmu t-testimonjanza tagħna ta’ Ġesù Kristu ma’ oħrajn.
- Id ilMulej ħa tkun immanifestata b’mod ċar hekk kif naġixxu b’ġustizzja f’ismu.
- M’hawn xejn li jasal qrib talkobor u l-maestà tal-pjan tal-fidwa u l-ġabra ta’ Israel fuq iż-żewġ naħat tal-velu.
Hekk kif kont miexi lejn il-karozza fi tmiem l-aħħar ġurnata tal-fiera, innutajt familja fil-folla quddiemi li kienu qed jitkellmu b’entużjażmu dwar l-esperjenzi tagħhom ġewwa li stand tagħna.
Ġieni f’moħħi kliem il-President Russell M. Nelson:
“Jien insejħilkom biex tgħinu biex jinġabar Israel imxerred u biex id-dinja titħejja għat-Tieni Miġja tal-Mulej. Jien insejħilkom biex titkellmu dwar Kristu, biex tixhdu dwar Kristu, biex ikollkom il-fidi fi Kristu, u biex tifirħu fi Kristu!”1

Jien grat għall-bosta opportunitajiet biex nagħmlu propju dan.
Fil-ħajja tagħna ta’ kuljum, hemm influwenzi bla għadd li qed jikkompetu bejniethom għall-attenzjoni tagħna li jistgħu jfixkluna jew saħansitra jżommuna milli nagħmlu dan. Jekk naċċettaw dan il-forzi bla ma nqisu xejn, ħa naqgħu fir-riskju li, b’mod li qajla jidher iżda li xorta huwa bla heda, ninġarru ’l bogħod miċ-ċirku tal-gravità tas-siġra tal-ħajja u l-frott tagħha, u l-forzi ta’ attrazzjoni li jiddu mid-dar kbira u spazjuża jkattru l-influwenza tagħhom.
B’mod deċiżiv, Nefi tenna kliem Leħi, missieru:
“U kbira kienet il‑miġemgħa li daħlet f’dak il‑bini mill‑aktar stramb. U wara li daħlu f’dak il‑bini huma bdew jippuntaw subgħajhom lejja u lejn dawk li kienu qed jieklu wkoll mill‑frott u bdew jiddieħqu bina; imma aħna ma tajniex kashom. … Dawk kollha li taw kashom, spiċċaw tilfu triqthom.”2
Li konxjament nagħtu kas it-testimonjanza tagħna jfisser li ninnutaw fil-ħin opportun it-tibdil fiċ-ċrieki ta’ gravità li għall-influwenza tagħhom aħna nesponu rwieħna. Ninsab jien fil-proċess li niddistakka ruħi mill-patti tiegħi ma’ Alla, inkluż patti tat-tempju? Qed insir negleġenti biex inħallas id-dieċmi jew f’dak li huwa kmandamenti oħrajn, is-sagrament, Jum il-Mulej, it-talb tiegħi, u l-mod li bih qed nitma’ lil ruħi?
Huwa esenzjali li, minn ħin għall-ieħor, tieħu pawsa u ssaqsi lilek innifsek xi mistoqsijiet important: Jien fejn ninsab fil-pjan tal-fidwa? Fejn jonqosni l-għarfien? X’neħtieġ mingħand Ġesù Kristu biex nikseb dan l-għarfien? Għal liema ħaġa jenħtieġli nibda nindem minnufih?
Żomm f’moħħok li r-rata tal-waqgħa spiritwali taċċelera iżjed ma nitbiegħdu minn Ġesù Kristu. B’kuntrast, madanakollu, il-progress spiritwali jaċċelera jekk nindmu ta’ kuljum u nersqu dejjem eqreb lejn Ġesù Kristu.
Wieħed mill-iktar modi effettivi biex tikseb din il-qrubija ikbar tinstab fil-fatt fil-parir tal-profeta tagħna biex nirrikommettu ħajjitna lil Ġesù Kristu u nagħtu xhieda tiegħu. Hekk kif nagħmlu dan b’determinazzjoni, ħa nħossu iktar dejjem il-qawwa ta’ Alla f’ħajjitna. Ħa nirċievu kunsill mill-Ispirtu s-Santu u se nibdew nifhmu dejjem aħjar dan il-kunsill. Ħa jkonna sens ikbar ta’ appartenenza u spiss ħa nistagħġbu tal-kobor u l-iskala eterna ta’ din il-ħidma.
Imma dan mhux kollox: irrispettivament taċ-ċirkostanzi tagħna, ħa nħossu dejjem iżjed l-imħabba ta’ Alla u din, min-naħa tagħha, se timmotivana biex naqsmuha ma’ oħrajn. Ħa nirċievu protezzjoni effettiva kontra l-forzi distruttivi fid-dinja.
Li taħdem fil-fiera tal-kotba kienet esperjenza li tħallik bla nifs. Fl-aħħar, ilkoll spiċċjana fiżikament bla saħħa, imma kollna ħeġġa fl-ispirtu u mimlijin ferħ.
Noti
- Russell M. Nelson, “The Lord Jesus Christ Will Come Again,” Liahona, Nov. 2024, 122.
- 1 Nefi 8:33–34.