Illum, il-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien ħabbret li l-avveniment taċ-ċerimonja tal-bidu tal-proġett tat- Tempju ta’ Budapest, l-Ungerija se jseħħ nhar il-21 ta’ Ġunju, 2025. Il-bini kbir 1,700 metru kwadru – li uffiċjalment jismu t-Tempju ta’ Budapest, l-Ungerija – se jinbena fuq art kbira żewġ ettari ġewwa Óbuda, it-3 distrett ta’ Budapest. L-attendenza għal din iċ-ċerimonja hija biss permezz ta’ stedina. Aktar dettalji se jingħataw hekk kif toqrob id-data tal-avveniment.

It-Tempju ta’ Budapest, l-Ungerija se jkun l-ewwel tempju tal-Knisja fil-pajjiż u se jkompli jżid mal-14-il tempju ieħor li hawn fl-Ewropa. Il-president tal-Knisja Russell M. Nelson ħabbar għall-ewwel darba t-tempju f’April 2019. Huwa se jservi lill-membri tal-Knisja ġewwa l-Ungerija u f’bosta pajjiżi oħra mal-madwar.
It-tempji tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien huma differenti mid-djar tal-laqgħat li fihom il-membri jinġabru għas-servizz ta’ qima ta’ nhar ta’ Ħadd. It-tempji huma meqjusa bħala djar tal-Mulej fejn it-tagħlim ta’ Kristu jiġi rriaffermat permezz ta’ ordinanzi sagri li jgħaqqdu ’l familji flimkien għal dejjem. Ġo fih, il-membri jitgħallmu aktar dwar l-għan tal-ħajja u huma jagħmlu ċerti patti biex jaqdu lil Ġesù Kristu u lil għajrhom.