L-Ewwel Presidenza tal-Knisja ta' Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien ħabbret il-post tat-Tempju ta' Brussell fil-Belġju.
It-tempju se jinbena fi ħdan bini eżistenti f' Ave des Arts 52, Brussell, il-Belġju. Il-pjanti jindikaw tempju ta' bosta sulari li fih madwar 25,5000 pied kwadru, dar tal-laqgħat, u faċilitajiet għal-viżitaturi. Dan se jkun l-ewwel tempju f'din il-belt.
Il-President tal-Knisja, Russell M. Nelson, ħabbar dan it-tempju fil-konferenza ġenerali tal-Knisja f'April 2021. 'It-tempji huma parti vitali tar-Restawrazzjoni tal-evanġelju ta' Ġesù Kristu fil-milja tiegħu. L-ordinanzi [ċerimonji] tat-tempju jimlew ħajjitna b'qawwa u saħħa li ma jinstabu mkien iżjed. Niżżu ħajr lil Alla għal dawk il-barkiet,' qal il-Profeta filwaqt li tħabbru 20 tempju ġdid, inkluż it-Tempju ta' Brussell fil-Belġju.
Brussell huwa l-parti ċentrali fit-Tramuntana tal-Belġju, madwar 70 mil (110 km) mill-kosta Belġjana u 100 mil (180 km) mit-tarf tan-nofsinhar tal-Belġju.
Il-pjanti ddettaljati tad-disinn tat-tempju għandhom qed jitfasslu. Iktar informazzjoni — inkluż d-dehra esterjuri — se jkunu ppubblikati iktar tard. Id-data ta' meta jibda t-tħaffir se titħabbar fil-futur. Id-diretturi tal-proġett se jaħdmu id f'ide mal-uffiċjali tal-belt fuq pjanti u permessi għat-tempju fi tħejjija għall-attivitajiet futuri ta' kostruzzjoni.
Brussell huwa ċentru internazzjonali ewlieni u l-kapitali tal-pajjiż Kważi 7,000 Qaddis tal-Aħħar Żmien jgħixu l-Belġju fi 12-il kongregazzjoni. It-Tempju ta' Brussell fil-Belġju se jkun l-ewwel tempju tal-Knisja fil-pajjiż. L-ippridkar tal-evanġelju rrestawrat fil-Belġju beda meta wasal l-ewwel missjunarju fl-1888. Xi missjunarji li kienu qed jaħdmu fl-Isvizzera u l-Ġermanja ntbagħtu wkoll il-Belġju.
Il-membri tal-Knisja ta' Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien jikkonsidraw it-tempji bħala djar tal-Mulej u l-iktar postijiet sagri ta' qima fid-dinja. It-tempji huma differenti mid-djar tal-laqgħat u l-kappelli tal-Knisja. Kulħadd huwa mistieden jattendi s-servizzi ta' qima tal-Ħadd u attivitajiet oħrajn ta' matul il-ġimgħa fid-djar tal-laqgħat fil-lokalità. L-għan ewlieni tat-tempji, madanakollu, huwa biex membri leali tal-Knisja jipparteċipaw f'ċerimonji sagri, bħal żwiġijiet li jgħaqqdu lill-familji għal dejjem.