Barċellona

Imxandra Rappreżentazzjoni  tat-Tempju ta’ Barċellona fi Spanja

Il-post tat-tempju tħabbar f’Jannar tal-2023

Il-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien xandret id-disinn ta’ barra li huwa ppjanat għat-Tempju ta’ Barċellona fi Spanja.

Tempju ta’ Barċellona
Rappreżentazzjoni ta’ -artist tat-Tempju ta' Barċellona fi Spanja.

Il-President tal-Knisja, Russell M. Nelson, ħabbar dan it-tempju għall-ewwel darba f’April 2022. It-Tempju ta’ Barċellona fi Spanja se jkun it-tieni tempju fil-pajjiż, u l-post kien imħabbar f’Jannar 2023.

Mappa li turi l-post tat-Tempju ta' Barċellona fi Spanja.
Mappa li turi l-post tat-Tempju ta' Barċellona fi Spanja.

L-ewwel tempju fi Spanja, It-Tempju ta’ Madrid, kien iddedikat fl-1999. Spanja hija dar għal aktar minn 63,000 Qaddis tal-Aħħar Żmien f’aktar minn 135 kongregazzjoni.

It-tempji huma differenti mid-djar tal-laqgħat (kappelli) tal-Knisja. Kulħadd huwa mistieden jattendi s-servizzi tal-qima tal-Ħadd u attivitajiet oħra matul il-ġimgħa fid-djar tal-laqgħat lokali. L-iskop primarju tat-tempji huwa li membri leali tal-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien jipparteċipaw f’ċerimonji sagri li jgħaqqdu l-familji għal eternità.