Oslo, in-Norveġja

Imħabbra l-lokalità tat-Tempju ta’ Oslo fin-Norveġja

Il-membri leali tal-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien iqisu t-tempji bħala d-dar tal-Mulej u l-iktar postijiet ta’ qima sagri fid-dinja.

Mappa li turi fejn se jkun it-Tempju ta’ Oslo fin-Norveġja.
Mappa li turi fejn se jkun it-Tempju ta’ Oslo fin-Norveġja.

L-Ewwel Presidenza tal-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien ħabbret il-post tat-Tempju ta’ Oslo fin-Norveġja li kien annunzjat f’April 2021. It-tempju se jinbena fuq art ta’ 3.2-ettaru (8-ejkers) li tinsab qrib it-toroq Smedsvingen u Ravnsborgveien f’Hvalstad, in-Norveġja.  Il-pjanta tindika tempju ta’ sular wieħed ta’ bejn wieħed u ieħor 1,000 metru kwadru (10,800 pied kwadru) li jinkludu residenza tal-patruni u faċilitajiet għall-ospiti.

Disinn tal-artist ta’ kif se jidher t-Tempju ta’ Oslo fin-Norveġja.
Disinn tal-artist ta’ kif se jidher t-Tempju ta’ Oslo fin-Norveġja.

It-Tempju ta’ Oslo fin-Norveġja se jkun l-ewwel wieħed fil-pajjiż u r-raba’ wieħed fl-Iskandinavja.  Il-Qaddisin tal-Aħħar Żmien fin-Norveġja bħalissa jeħtiġilhom jivvjaġġaw sat-tempji f’Copenhagen, id-Danimarka, jew fi Stokkolma, ġewwa l-Isvezja.

L-ewwel missjunarji Qaddisin tal-Aħħar Żmien waslu n-Norveġja fis-snin 50 tas-seklu dsatax. Eluf ta’ Norveġiżi ngħaqdu mal-Knisja matul is-snin ta’ wara, meta madwar nofs miljun emigraw lejn l-Istati Uniti.  Illum il-ġurnata, fin-Norveġja jgħixu madwar 4,500 Qaddis tal-Aħħar Żmien.

Id-dettalji tal-pjanti tat-tempju għadhom qed jiġu żviluppati. Iktar informazzjoni, inkluż kif se jkun qed jidher minn barra, se jkunu ppubblikati iktar tard.  Id-data tat-tqegħid tal-ewwel ġebla se tkun mħabbra fil-futur.  Il-mexxejja tal-proġett dalwaqt se jibdew ħidma mal-uffiċjali tal-belt fuq il-pjanijiet preliminari għat-tempju u, fix-xhur li ġejjin, jimlew jissottomettu dokumenti pubbliċi.