In-Nisa Issa Jistgħu Jaqdu l-Missjonijiet għall-Knisja ta’ Ġesù Kristu ta’ 18-il Sena

L-Ewwel Presidenza bi pjaċir tħabbar li b’mod effettiv, nisa żgħażagħ li jagħżlu li jaqdu missjoni full-time jistgħu jibdew is-servizz tagħhom ta’ 18-il sena wara l-gradwazzjoni mill-iskola sekondarja jew ekwivalenti tagħha.

L-Ewwel Presidenza bi pjaċir tħabbar li b’mod effettiv, nisa żgħażagħ li jagħżlu li jaqdu missjoni full-time jistgħu jibdew is-servizz tagħhom ta’ 18-il sena wara l-gradwazzjoni mill-iskola sekondarja jew ekwivalenti tagħha.

Filwaqt li l-Mulej jitlob lil kull żagħżugħ denju u kapaċi bħala parti mir-responsabbiltà saċerdotali tiegħu biex jipprepara għal missjoni u jaqdiha, aħna ntennu li s-servizz missjunarju jibqa’ opportunità fakultattiva għat-tfajliet. Nagħrfu li għal dawk it-tfajliet li jixtiequ jaqdu missjoni full-time, l-għażla ta’ l-etaà biex jibdew is-servizz mhux se tkun l-istess għal kulħadd.

Aħna nestendu l-imħabba tagħna għaż-żgħażagħ tal-Knisja u nfaħħruhom għall-fedeltà tagħhom.

 

Fl-għodwa tal-Ġimgħa, 21 ta’ Novembru, 2025, erba’ Mexxejja tal-Knisja tkellmu mal-midja tal-aħbarijiet dwar din it-tħabbira. Xi wħud mill-kummenti tagħhom jinsabu taħt.

 

Il-President Emily Belle Freeman

President Ġenerali tan-Nisa Żgħażagħ u Membru tal-Kunsill Eżekuttiv Missjunarju

“Ninsabu tant eċċitati dwar din it-tħabbira bħala Presidenza Ġenerali tan-Nisa Żgħażagħ u xi jfisser dan għat-tfajliet tagħna. Din l-aħbar hija effettiva, li jfisser li n-nisa żgħażagħ jistgħu jibdew jippreparaw minn issa biex iservu ta’ 18-il sena jekk ikunu ggradwaw mill-iskola sekondarja. Huma jkunu jistgħu jissottomettu l-applikazzjoni tagħhom 150 jum qabel għeluq sninhom jew qabel id-data li huma se jkunu disponibbli.

“Aħna għandna għal qalbna ħafna dak li se tkun qed tfisser din għal dawn it-tfajliet. Tagħtihom ċans iħallu it-tfulija u jibdew iż-żgħożija biex jaħsbu dwar l-għażliet kollha li huma disponibbli għalihom.”

 

Il-Presbietru Matthew S. Holland

L-Awtorità Ġenerali Sebgħin u Direttur Eżekuttiv tad-Dipartiment tal-Komunikazzjoni tal-Knisja

 

 

“Għal mara li tagħżel li taqdi missjoni, għandha bit-talb tikkunsidra dan iż-żmien. Hija deċiżjoni individwali ħafna. Din il-bidla tipprovdi opportunità addizzjonali għan-nisa li jagħżlu li jaqdu missjoni, u tagħti aktar flessibilità dwar meta għandhom jibdew is-servizz missjunarju tagħhom fi żmien ta’ ħajja meta jkollhom ħafna opportunitajiet differenti, mill-isbaħ biex jitgħallmu u jikbru u jiżviluppaw.”
 

Il-Prebiteru W. mark Bassett

Awtorità Ġenerali Sebgħin u Direttur Eżekuttiv tad-Dipartiment Missjunarju

“Irridu ntennu li s-servizz missjunarju huwa responsabbiltà saċerdotali għall-ġuvintur, u huwa d-dmir tagħhom li jservu, iżda għażla qawwija u fakultattiva għat-tfajliet. Kull żagħżugħ li jirċievi sejħa għall-missjoni jservi għal 24 xahar. U kull tfajla li tirċievi sejħa sservi għal 18-il xahar. M’hemm l-ebda varjanza f’dan. L-unika eċċezzjoni tkun, per eżempju, li jista’ jkollok ġuvni jew tfajla li għandhom xi sfidi ta’ saħħa”

 

Sister Amy A. Wright

L-Ewwel Kunsillier fil-Presidenza Ġenerali Primarja u Membru tal-Kunsill Eżekuttiv Missjunarju

“It-tul tas-servizz kien konsistenti għal ħafna snin. Hekk kif madwar id-dinja kollha lħaqna lin-nisa żgħażagħ, u stedinniehom biex ikunu parti raġunevoli minn dan il-proċess rivelatorju, sirna nafu li, bil-kbir, kienet ix-xewqa tagħhom li jippreferu li t-tul tas-servizz tagħhom ikun 18-il xahar.'