Salt Lake City, Utah

Indawlu lid-Dinja matul l-istaġun tal-Milied 2023

Dawwal lid-Dinja huwa sforz dinji biex jinxtered id-dawl ta’ Ġesù Kristu mal-umanità kollha, irrispettivament mill-post jew mill-lingwa. Il-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien tistieden lil kulħadd biex iħallu d-dwal tagħhom jiddi billi jħobbu lin-nies ta’ madwarhom, jaqsmu l-hena magħhom u jsegwu l-eżempju ta’ Ġesù Kristu.

Il-filmat ta’ hawn taħt jurina kif l-istorja tan-natività xegħlet l-iskrins f’Times Square fi New York City nhar is-27 ta' Novembru 2023.

Hawn taħt hawn xi ideat ta’ Dawwal lid-Dinja għall-individwi u l-familji biex jikkunsidraw iwettquhom matul l-istaġun tal-Milied 2023:

  • Il-paġna DawluDDinja.org speċifikata għal kull pajjiż tipprovdi varjetà ta’ modi kif taqsam id-dawl ta’ Ġesù Kristu. Hemm vidjos tal-Milied biex tara u taqsam, għanjiet tal-Milied biex tniżżel, ideat ta’ kif tista’ tkun ta’ servizz, u ħafna aktar.
  • Fuq il-paġna Dawwal lid-Dinja, tista’ titniżżel lista li toffri “50 Mod kif Tħalli d-Dawl Tiegħek Jiddi” b’modi faċli u naturali.
  • Fil-paġna Dawwal lid-Dinja tista’ ssib ukoll filmat qasir tal-Kunċert Ewropew tal-Milied, produzzjoni speċjalment għal dan l-istaġun tal-Milied. “Xhieda tal-Milied: Għanjiet ta’ Kristu” ser jixxandar nhar l-10 ta’ Diċembru 2023 u tista’ tarah fuq il-paġna Dawwal lid-Dinja jew fuq YouTube.
  • Ideat mis-“service shuffler”, servizz ġdid u innovattiv tal-Knisja li qiegħed bl-Ingliż, bil-Franċiż, bil-Portugiż, u bl-Ispanjol.
  • Kulħadd huwa mistieden jingħaqad mal-grupp uffiċjali tal-Knisja Dawwal lid-Dinja Facebook biex jaqsam stejjer ta’ ispirazzjoni, atti ta’ servizz u ideat dwar kif naqsmu d-dawl ta’ Kristu matul l-istaġun tal-Milied. Il-paġna hija bl-Ingliż, iżda hemm traduzzjonijiet fi kwalunkwe lingwa.
  • Id-Devozzjonali annwali tal-Milied tal-Ewwel Presidenza, li tinkludi mużika minn Tabernacle Choir, il-kor ta’ fama dinjija, qed tixxandar issa fuq ChurchOfJesusChrist.org. Huwa disponibbli bl-Ingliż, Franċiż, Ġermaniż, Spanjol, u Portugiż, fost lingwi oħra.

Dawwal lid-Dinja saret tradizzjoni annwali tal-Milied għall-komunitajiet madwar id-dinja. Il-President Russell M. Nelson, il-President tal-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien, qal li d-dinja għandha bżonn id-dawl ta’ Ġesù Kristu aktar minn qatt qabel. “Nistagħġeb bir-rieda tajba u l-qalb tajba tal-bnedmin li dejjem toħroġ fil-beraħ matul dan l-istaġun sagru. Hekk kif infakkru t-twelid ta’ dak li hu d-Dawl tad-Dinja, jinxtegħel dawl ġdid f’kull wieħed minna. … Hekk kif nimxu wara Ġesù Kristu, nistgħu nagħmlu din dinja aħjar.”