Insibu l-Qawwa: Kif it-Terapija Mogħtija fi Grupp Issaħħaħ lill-Membri tal-Knisja

Skont l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO), kull pajjiż fir-Reġjun Ewropew tal-WHO jiffaċċja sfidi fil-ħidma biex jippromwovi l-benesseri mentali u emozzjonali tal-poplu tiegħu.


“Kienet esperjenza importanti ħafna għalija. Għenitni nifhem u “ngħarbel” il-problemi, is-sentimenti, u r- reazzjoni tiegħi. Kienet esperjenza tajba ħafna nitkellem ma’ ħuti oħra li kellhom esperjenzi simili. L-għalliema, il-koordinaturi u dawk li għenuna kienu tant qalbhom tajba, fehmuna, u kienu ippreparati sew.”


Ir-reżiljenza emozzjonali hija l-ħila li wieħed jadatta għall-istress jew l-isfidi, u b’ hekk l-individwi jkunu jistgħu jlaħħqu mal-għawġ u jħarsu l-benesseri. Il-fatt li nagħtu kura u riżorsi effettivi lin-nies fil-bżonn huwa essenzjali biex ngħinu lit-tfal t’Alla.


“L-ambjent nieqes mill-ġudizzju u ta’ mħabba akkumpanjat minn appoġġ u tagħlim professjonali ġabuli ħafna esperjenzi u intuwizzjonijiet pożittivi.”


Ħames Gruppi  Ta’ Trattament Speċjalizzati biex Jappoġġjaw lill-Membri tal-Knisja

Is-Servizzi tal-Familja, diviżjoni tad-dipartiment tas-Servizzi tal-Benesseri u tal-Awto-dipendenza tal-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien, tgħin lill-individwi u lill-familji jsaħħu r-reżiljenza emozzjonali u l-awto-dipendenza. Ħames gruppi ta’ kura speċjalizzati — disponibbli primarjament onlajn — jappoġġaw lill-membri tal-knisja li jiffaċċjaw sfidi emozzjonali u ta’ saħħa mentali.


“... Il-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien taqdi lill-membri tagħha f’kull okkażjoni, u ma tħalli lil ħadd waħdu fil-problemi emozzjonali. Għandi biss kliem ta’ gratitudni u tama f’qalbi.”


Dawn il-gruppi ta’ kura jinkludu l-Fejqan mill-Abbuż Sesswali, id-Dipendenza fuq il-Pornografija, l-Immaniġġjar tal-Anzjetà u d-Dipressjoni, il-Ħiliet Ġenerali għas-Saħħa Mentali, u r-Relazzjonijiet taż-Żwieġ (Hold Me Tight). Gruppi ta’ kura estiżi li ġejjin dalwaqt jinkludu Trawma, Anzjetà u Dipressjoni taż-Żgħażagħ, Dipendenza taż-Żgħażagħ fuq il-Ppornografija, u Aġġustament Missjunarju. Uħud minn dawn il-gruppi estiżi huma diġà disponibbli f’żoni magħżula.


“Fhimt aħjar ir-raġuni tal-karattru, ir-reazzjonijiet, is-sentimenti tiegħi quddiem ċirkostanzi differenti tal-ħajja. Fl-istess ħin, għenitni nkun kapaċi niffaċċjahom aħjar bis-suġġerimenti li ħadt mil-kors.'


image

Gwida Għall-Mexxejja Dwar Kif Għandhom Jgħinu Lill-Membri Tagħhom Fil-Bżonn

L-involviment tal-mexxejja tal-Knisja jgħin biex jiġi żgurat li l-membri jibqgħu jirċievu l-għajnuna anke wara li jkunu ntemmu s-sessjonijiet tal-gruppi. Il-konsultazzjoni bejn il-mexxejja u l-professjonisti tas-saħħa mentali tas-Servizzi tal-Familja tiżgura li l-individwi jiġu appoġġjati qabel, matul, u wara il-kors.

image

Meta mexxej jikkonsulta mas-Servizzi tal-Familja dwar membru, professjonist tas-saħħa mentali jgħin biex jevalwa l-aħjar mod kif jgħinhom. Meta jkun meħtieġ, professjonist fis-Servizzi tal-Familja jagħmel screening mal-membru. Kull sitwazzjoni hija unika, u r-rakkomandazzjonijiet isiru każ b’każ.

Għodod Ibbażati Fuq il-Vanġelu u l-Evidenza

Il-gruppi ta’ trattament speċjalizzat tas-servizzi tal-familja jipprovdu għodod ibbażati fuq l-evanġelju u bbażati fuq l-evidenza għall-isfidi tas-saħħa emozzjonali u mentali. Kif qal il-President Russell M. Nelson, 'Inħeġġiġkom tieħdu passi biex tkunu preparati temporalment. Imma jien saħansitra imħasseb iktar dwar il-preparazzjoni spiritwali u emozzjonali tiegħek.'

Bi gwida xierqa, il-parteċipanti jistgħu jsaħħu l-benesseri emozzjonali tagħhom, isibu l-paċi u t-tama permezz tas-Salvatur, u jkunu kapaċi jagħmlu u jżommu patti sagri.

Biex issir taf aktar dwar id-disponibbiltà ta’ gruppi u lingwi, jekk jogħġbok tkellem mal-mexxej tiegħek jew ikklikkja hawn: GRUPPI TA’ KURA SPEĊJALIZZATI TAS-SERVIZZI TAL-FAMILJA GĦAS-SAĦĦA EMOZZJONALI