Messaġġ mit-Tmexxija tar-Reġjun

Insiru nafu lis-Salvatur tagħna Ġesù Kristu

Jien naf li ibnu, Ġesù Kristu, fdiena minn dnubietna.  Jien inwegħidkom li hekk kif titolbu, tistudjaw l-iskrittura, isservu lil oħrajn, tagħmlu patti mal-Mulej, u tixhdu dwaru, intom taslu biex issiru tafu lis-Salvatur tagħna Ġesù Kristu ħafna aħjar.

Të Arrijmë ta Njohim Shpëtimtarin Tonë, Jezu Krishtin
Il-Presbiteru Tarmo Lepp, Estonja
Il-Presbiteru Tarmo Lepp, Estonja Sebgħin Reġjonali, Reġjun tat-Tramuntana tal-Ewropa

Il-Missjunarji kellmuni dwar Ġesù Kristu, dwar ħajtu, u t-tagħlim tiegħu meta kont għadni żagħżugħ. Illum il-ġurnata, wara li ili membru tal-Knisja għal 30 sena, jien xi kultant insaqsi lili nnifsi jekk nafx tabilħaqq lis-Salavatur tiegħi Ġesù Kristu. It-tweġiba hi, iva, jien nafu, u intom tafuh ukoll.

Madanakollu, bħalma nies li għal xi żmien inkunu tlifna l-kuntatt magħhom isiru stranġieri għalina, l-istess ħaġa jista' s-Salvatur isir stranġier għalina. Li ssir tafu u li tkun tafu huwa proċess kontinwu. Nixtieq naqsam magħkom uħud mill-azzjonijiet li għenuni nasal biex nkun naf lil Kristu aħjar u li nibqa' nsir nafu kontinwament.

pix2

It-talb

'True to the Faith' jgħallimna dwar it-talb: 'Missierkom fis-Smewwiet iħobbkom u jaf il-ħtiġijiet tagħkom, u huwa jridkom tikkomunikaw miegħu permezz tat-talb.  ... Hekk kif tagħmilha d-drawwa tiegħek li tersaq lejn Alla fit-talb, int se tasal li ssir tafu u toqrob dejjem iżjed lejh.  Ix-xewqat tiegħek jibdew isiru iktar bħal tiegħu. Se tkun tista' tassigura għalik innifsek u għal oħrajn barkiet li Huwa lest jagħti, ġaladarba int tistaqi għalihom bil-fidi' (1). La darba jien bdejt nitlob, jien sirt qrib Missieri fis-Smewwiet u Ibnu.  It-talb regolari jgħin biex tinżamm din ir-relazzjoni mill-qrib. Jien ninsab grat għall-qawwa tat-talb.

pix3

Studju tal-Iskrittura

Il-Ktieb ta' Mormon juża l-kliem li ġej biex jiddeskrivi lil ulied Mosija, ' ... u kienu tqawwew fl-għarfien tal-verità; għax huma kienu rġiel ta' fehma soda u kienu fittxew fl-iskrittura bir-reqqa, sabiex ikunu jafu l-kelma ta' Alla' (2). L-istudju kuljum tal-iskrittura jgħinna nkunu riċettivi għas-sefsif tal-Ispirtu s-Santu. Huwa jqawwi l-fidi tagħna, jgħinna nirreżistu t-tentazzjonijiet u jgħinna nitgħallmu kif insiru nafu lil Missierna fis-Smewwiet u Ibnu għażiż.

pix4

Servizz

Li naqraw l-iskrittura jgħinna li nsiru nafu lis-Salvatur. Madanakollu, li tkun tafu biss mhuwiex biżżejjed, jeħtiġilna wkoll li nsiru bħalu. Biex issir bħas-Salvatur, jeħtieġ li taġixxi. Billi nservu lil oħrajn, aħna l-qaddejja sħab ta' Kristu.

Meta kont membru żagħżugħ fil-Knisja, art twelidi kienet għaddejja minn żminijiet diffiċli, u ħafna batew finanzjarjament.  Jien ġieli ħadt l-ikel lill-membri tal-Fergħa tagħna, u ħallejt il-boroż wara biebhom bla ma nħalli ħjiel min kont. Kont nieħu gost nimmaġina kif, meta kienu jsibu l-borża bl-ikel, peress li ma kinux ikunu jafu min ġabhielhom, kienu jirringrazzjaw lil Alla u mhux lili. Waħda mill-parabboli tal-iskrittura favoriti tiegħi hija l-Parabbola tas-Samaritan it-Tajjeb.  Is-Samaritan ma kienx ippjana xi għemil tajjeb għal dak il-jum partikolari, iżda ra l-bżonn u ħa azzjoni.  Ġesù qal lil bniedem tal-liġi fl-aħħar ta' din l-istorja, 'Mur, u agħmel hekk int ukoll' (3). Dan il-messaġġ ta' Ġesù huwa indirizzat lilna wkoll. Meta ngħinu lil ħaddieħor, aħna se nkunu nistgħu nħossu x'ħass Ġesù meta kien qed iservi lil ħaddieħor.

pix5

Patti

Il-patti huma magħmulin bejn żewġ partijiet jew iktar. Meta nagħmlu patti fil-Knisja, aħna nkunu wieħed mis-sħab u l-ieħor ikun Alla. L-ewwel patt tagħna huwa l-Patt tal-Magħmudija, u meta għamilna dan il-patt aħna wegħidna li nieħdu fuqna l-isem ta' Ġesù Kristu. Kull nhar ta' Ħadd aħna nattendu l-laqgħa tas-Sagrament biex inġeddu l-Patt tal-Magħmudija tagħna.  Fit-tempju aħna nagħmlu patti li se jkunu fis-seħħ anki wara li aħna nħallu din id-dinja.

Il-President Nelson qal li aħna 'inżidu l-qawwa tas-Salvatur f'ħajjitna meta aħna nagħmlu l-patti qaddisa u nżommu dawk il-patti bi preċiżjoni. Il-patti tagħna jorbtuna miegħu u jagħtuna qawwa divina' (4). Sabiex ngħinu lil oħrajn iżidu l-qawwa tas-Salvatur f'ħajjithom aħna nistgħu nħeġġuhom u ngħinuhom jirċievu l-ordinanzi u l-patti divini.

Baptism

Nixhdu dwar Ġesù Kristu

Ix-xhieda personali tagħna normalment tibda bix-xhieda ta' xi ħadd ieħor.  Oħti qasmet ix-xhieda tagħha miegħi wara l-magħmudija tagħha.  Ħassejt ix-xewqa li nisma' iktar dwar dak li kienet xehdet oħti. Imbagħad ġew il-missjunarji u xehdu dwar Ġesù Kristu, l-evanġelju tiegħu, u l-knisja rrestawrata.  L-esperjenza kienet tant qawwija li biddlet ħajti kompletament.  F'daqqa waħda, wieħed ateu kien sar bniedem li jemmen b'xewqa li jimxi wara t-tagħlim u l-eżempju ta' Kristu. Bl-istess mod, ix-xhieda tagħna tista' tbiddel il-ħajja ta' xi ħadd ieħor. Minħabba x-xhieda tagħna, xi ħadd jista' jsir jaf lil dak Kristu li ma kienx jaf qabel.

Jiena nixhed magħkom li jiena naf li għandna Missier fis-Smewweit kollu mħabba għalina. Jien naf li ibnu, Ġesù Kristu, fdiena minn dnubietna.  Jien inwegħidkom li hekk kif titolbu, tistudjaw l-iskrittura, isservu lil oħrajn, tagħmlu patti mal-Mulej, u tixhdu dwaru, intom taslu biex issiru tafu lis-Salvatur tagħna Ġesù Kristu ħafna aħjar.


1. True to the Faith – Prayer
2. Alma 17:2
3. Luqa 10:37
4. Il-President Russell M. Nelson, “Nistiednu l-Qawwa ta’ Ġesù Kristu f’ Ħajjitna” Liahona, Mejju 2017