
Wara Konferenza tal-Wited li kont mitlub nippresedi, il-President tal-Wited introduċieni ma’ mara adulta single mill-iktar impressjonanti u qalbiena. Sirt naf li ftit ġimgħat biss minn meta bdiet isservi missjoni, sabulha forma ta’ kanser serju u qawwi. Kellha tirċievi trattamenti ta’ sofferenza kbira, twal u invażivi li ħallewlha feriti fiżiċi u emozzjonali.
Stajt nara u nħoss l-uġigħ tagħha. Qalbi bkiet għaliha. Bid-dmugħ iġelben minn għajnejha bdiet tistaqsi għalfejn kellu jseħħilha dan kollu meta hi kellha tant xewqa kbira li sservi lill-Mulej. ”Kif nista’ nkompli ngħix il-bqija ta’ ħajti b’din l-inċertezza kollha?” satqsietni. Jien stedinha biex titratta kull jum ta’ ħajjitha bħla għotja minn Alla. Wara kollox, ħadd minna ma jaf meta Missierna fis-Smewwiet se jerġa’ jsejħilna lura. Jekk ngħixu u nħobbu kull ġurnata li għandna n-nifs [1] u nagħtu lilna nfusna għas-servizz ta’ Alla tagħna [2] aħna nħossuna mberkin, saħansitra fil-provi u t-tribulazzjonijiet tagħna. Jien qsamt magħha xi affarjiet personali li jien tgħallimt dwar kif għandi ndur lejn Alla u nsib il-ferħ fis-sofferenzi tiegħi. L-Ispirtu nebbaħni biex nistedinha biex konxjament toħroġ ftit minnha nfisha u tlabtha biex titlob b’għajnejn konxji. Sabiex hija tkun tista’ tara minn għajnejn is-Salvatur il-provi ta’ oħrajn u tkun barka għalihom kull jum ta’ ħajjitha.
Il-perspettiva dwar il-ħajja tagħna stess se tinbidel meta nfittxu biex inservu lil oħrajn. Il-kalċi bl-imrar tagħna [3] se jkun imbierek [4] u tassew ħelu meta nitħabtu biex naqilbu mill-atitudni ta’ ”għalfejn inbati jien?” għal dik ta’ ”kif nista’ nservi jien?” Inħossuna merfugħin mill-anġli u nesperjenzaw b’mod iktar abbundanti f’ħajjitna l-qawwa li tfejjaq tas-Salvatur.

F’Mark 5, naqraw dwar mara li kienet sofriet għal 12-il sena bi problema ta’ demm. Il-kundizzjoni tagħha ma affettwatx biss lil saħħitha, iżda ħallietha wkoll soċjalment iżolata. Bilfors li kienet tħossha ddisprata. Meta semgħet b’Ġesù, emmnet li kieku kellha tmiss il-mantar tiegħu kienet issier sħiħa. Bil-fidi, resqet lejh u messitlu l-mantar. Ġesù dar u fittixha b’għajnejh, filwaqt li qalilha: ”Binti, il-fidi tiegħek għamlitek sħiħa; mur bis-sliem, u kun imfejqa mill-marda tiegħek.” [5] Issa hawn hi l-ħaġa impressjonanti, ma kintx biss mfejqa fiżikamant, imma kienet ”magħmula sħiħa”, irrestawrata spiritwalmet, mentalment, emozzjonalment u soċjalment.
Ġesù Kristu ma joffrilniex biss faraġ u fejqan, hu joffrilna li nsiru sħaħ. Ilkoll kemm aħna nafu qed inġorru toqol li ma jidhirx: uġigħ, niket, vizzju, dubju, ħtija jew għajb. Jaf qed iħossna mkissrin u neħtieġu li niġu magħmulin sħaħ. Meta nersqu lejn is-Smewwiet fit-tbatija tagħna, u ngħajtu lill-Mulej [6] b’talba kollha ħrara u fidi, Huwa jismagħna, jiltaqa’ magħna fejn ikunu, u jagħmilna sħaħ.
It-tifsira vera profonda ta’ x’ifisser li niġu magħmulin sħaħ huwa li nkunu kompluti, fil-paċi, u allinejati ma’ Missierna fis-Smewwiet. Permezz tal-espjazzjoni tas-Salvatur aħna lkoll nistgħu negħlbu l-mewt fiżika u spiritwali u niġu magħmulin sħaħ.
Marti Kirsty u jien ħadna sehem fil-FSY internazzjonali l-Ġermanja fl-2022. Kanzunetta mill-FSY ta’ dik is-sena kienet l-iktar ħaġa li baqgħet f’moħħi. Jisimha ”Fejjieq”. Dan il-kliem huwa mir-ritornell: ”Huwa l-fejjieq, Hu li jifdina Mit-tbatijiet kollha, mit-toqol u l-ġrieħi kollha. Meta qed tweġġa’, Sib il-ħniena tiegħu, U jsewwilek kull biċċa ta’ qalbek.” [7] Minix kapaċi nkanta magħha bla ma nikkommovi ruħi u jaqbiżli d-dmugħ. O, kemm għandi bżonnu lis-Salvatur biex jieqaf miegħu u jagħmilni sħiħ! Hekk kif nimxu t-triq tal-patt bil-fidi flimkien, is-Salvatur jimxu magħna. L-istedina tiegħu hija l-istess għalina lkoll: ”Ejjew għandi” [8]. Jaf lil qalbkom. Jaf it-toqol li qed iġġorru. U Hu biss jista’ jagħmilkom sħaħ tabilħaqq.
[1] Mosija 2:21
[2] Mosija 2:17
[3] Mattew 26:39 & 3 Nefi 11:11
[4] Mattew 26:27
[5] Mark 5:34
[6] 2 Nefi 33:3
[7] Kliem u mużika ta’ Nik Day. Arranġamenti ta’ Mitch Davis, Nik Day, u Sean Hubrich. Produzzjoni ta’ Mitch Davis. Artist: McKenna Hixson © 2022 minn Intellectual Reserve, Inc. Id-drittijiet kollha riservati. Din il-kanzunetta tista’ tiġi kkupjata għal użu inċidentali, mhux kummerċjali fil-knisja u d-dar.
[8] Mattew 11:28-29