Messaġġ mit-Tmexxija tar-Reġjun

Inħobbu lil Ulied Alla Kollha

Aħna lkoll aħwa, kull wieħed u waħda iben u bint Missier fis-Smewwiet kollu mħabba. Ibnu, il-Mulej Ġesù Kristu, jistedinna lkoll biex immorru għandu

Il-Presbiteru Torben Engbjerg, Danimarka
Il-Presbiteru Torben Engbjerg, Danimarka Sebgħin Reġjonali tat-Tramuntana tal-Ewropa

Tista' tidher diffiċli kultant, anki minħabba sitwazzjonijiet diversi fid-dinja, li tħobb lil ulied Alla kollha.   Aħna nesperjenzaw nies ġodda u kulturi ġodda li jiġu fis-soċjetajiet tagħna.  Il-maġġorparti tagħhom jiġu biex ifittxu ċirkostanzi aħjar u iktar siguri.   Dan it-tip ta' moviment fost in-nies seħħ matul l-istorja kollha tal-bniedem. 

Aħna aħjar biex nilqgħu nies ġejjin minn ċirkostanzi differenti minn kif kienu n-nies ta' qabilna?  Aħna aħjar illum biex inħobbu lil ulied Alla kollha, irrispettivament minn min huma u d-differenzi li jistgħu jġibulna f'ħajjitna?

“Għax l-aħbar li smajtu sa mill-bidu hija din: li nħobbu lil xulxin.1 Huwa kmandament li aħna 'nħobbu lil xulxin,” 2 u għal dawk li jirnexxilhom jagħmlu dan, hemm barka mwiegħda: 'min iżomm il-kmandamenti tiegħu jgħammar f’Alla… B’hekk nagħrfu li hu jgħammar fina: bl-Ispirtu li hu tana.” 3

Hekk kif inħobbu lil ulied Alla kollha, huma x'inhuma ċ-ċirkostanzi li ġejjin minnhom, id-dgħufijiet u l-abbiltajiet li jippossedu, in-nazzjonalità, it-twemmin, il-kulur, u s-sess tagħhom, għandna l-wegħda li l-ispirtu tal-Mulej se jkun dejjem fina.  Fi kliem ieħor, don li jgħinna biex insiru nixbhu iktar lil Kristu u jgħinna biex nagħmlu t-tajjeb lin-nies ta' madwarna bl-istess mod li kieku kien jagħmel hu.  Li nistinkaw għal dan se jgħin mhux biss lil dawk li se nħobbu, iżda wkoll se jbierek lilna stess b'ħajja iktar kuntenta, iktar mimlija.  Wara li nkunu għamilna dak kollu li nistgħu, u ppruvajna nħobbu dak kollu li nistgħu, u lil kull min nistgħu, hu se jidħol minn jeddu u jgħinna niksbu dak li jkun baqa' (4), anki saħansitra li nħobbu lill-għedewwa tagħna.    

p2

Aħna nafu mill-iskrittura li l-imħabba sħiħa tkeċċi l-biża’ ’l barra. L-istess referenza mill-iskrittura tgħallimna li jekk inħobbu lill-oħrajn bl-istess mod kif iħobb lis-Salvatur, aħna 'nimtlew bil-karità, li hija mħabba għal dejjem..,' u 'l-ulied kollha huma l-istess għal Alla,' u Huwa jħobbna lkoll 'b'imħabba sħiħa.'5

Li forsi nħossu li hu differenti bejna u bejn ulied oħra ta' Alla, hija sitwazzjoni li niffaċċjaw biss matul il-ħajja tagħna fid-dinja.  Fil-perspettiva eterna, l-affarjiet ħa jkunu differenti.  'Il-bniedem, ...kien imnissel u mwieled minn ġenituri tas-smewwiet,' 6 u aħna lkoll l-istess, u huma għandhom imħabba ndaqs għalina, passat, preżent, u futur. 

Permezz tal-Espjazzjoni ta' Ġesù Kristu, aħna nistgħu nsiru bħal Missierna fis-Smewwiet.  Huwa jħobbna lkoll, kif jistenna minna li nħobbu lil xulxin.  

'Meta Ġesù kien fid-dinja, Huwa konsistentament kien jgħin lil dawk li kienu imwarrbin, minsijin, jew trattati ħażin.   Aħna, bħala d-dixxipli tiegħu, jenħtieġ li nagħmlu l-istess! Aħna nemmnu fil-libertà, fil-ġentilezza, u fil-ġustizzja għall-ulied kollha ta' Alla.

Aħna lkoll aħwa, kull wieħed u waħda iben u bint Missier fis-Smewwiet kollu mħabba. Ibnu, il-Mulej Ġesù Kristu, jistedinna lkoll biex immorru għandu, 'iswed jew abjad, skjav jew ħieles, maskil jew femminil' (2 Nefi 26:33). Kull iben u bint ta' Alla jistħoqqlu u jistħoqqilha rispett, huma x'inhuma l-kulur jew it-twemmin tiegħu jew tagħha. Ejjew nuru l-imħabba għall-ulied kollha ta' Alla.' 7

'Alla jħobb lil uliedu kollha; Huwa jafhom b'isimhom.

Madwar id-dinja kollha, imħabbtu hi l-istess.

Huwa jbierek lil uliedu b'rigali sbieħ u tajbin.

Ġmiel in-natura juri kemm Hu jagħti kasna.

Alla jħobb lil uliedu; barkiet kbar jibgħatilhom.

Aħna parti minn familtu, u aħna nistgħu nkunu ħbieb.

Il-tjubija u l-mogħdrija tiegħu biex nifhem għenuni

Kif jien nista' nħobb lil ħadd ieħor bħalma hu ħabb lili.' 8


1. 1 Ġwanni 3:11
2. 1 Ġwanni 3:23
3. 1 Ġwanni 3:24
4. 2 Nefi 25:23 u 10:24
5. Moroni 8:16-17
6. Teachings of Presidents of the Church: Joseph F. Smith (1998), p. 335.
7. Ġesù Qal Ħobbu lil Kulħadd, mill-President Russell M. Nelson, Il-Ħabib, April 2021
8. Kliem ta' Janice Kapp Perry għall-mużika ta' Michael F. Moody