Inħossu l-paċi qalb il-maltempati

Inħossu l-paċi qalb il-maltempati

Storms
Elder Poznanski
Il-Presbiteru Franck Poznanski, Franza Sebgħin Reġjonali, Reġjun Ċentrali tal-Ewropa

Bosta snin ilu, faqqgħet maltempata qawwija fejn konna konna noqogħdu. Wara biss ftit minuti u bosta sajjetti, iċ-ċkejkna tagħna Manon ġiet fis-sodda magħna. Marti Véronique xtaqet tassigura lil bintna u għalhekk refgħetha u ħaditha sat-tieqa, filwaqt li qaltilha: 'Tibżax. Ara kemm huma sbieħ is-sajjetti fis-sema.' Iżda f’dak il-mument eżatt, faqqgħet sajjetta mas-sema kollha li riegħdet kullimkien b’ħoss ibeżża’. Véronique nġibdet lura bil-biża’, u Manon twerwret iżjed minnha!

Jien u nosserva l-qawwa tal-elementi dak il-lejl, ma stajtx ma naħsibx fis-Salvatur tagħna Ġesù Kristu, il-Ħallieq tal-ħwejjeġ kollha. Ħsibt ukoll f’Missierna fis-Smewwiet li tana l-Iben Waħdieni Tiegħu biex isalvana. Għamlu l-iktar għemil sinifikanti fl-univers: fetħulna t-triq biex aħna niksbu l-ħajja eterna.

Imbagħad ħsibt dwar Mosè, li kien inħakem mill-biża’ meta s-Salvatur staqsieh biex jeħles lil Iżrael. Il-Mulej qallu:

“Min għamel fomm il-bniedem? Min għamel l-imbikkem, it-trux, u l-agħma u ’l min jara? M’hux jien, il-Mulej? Mela issa mur, u jien inkun ma’ fommok u ngħallmek x’għandek tgħid. ”[i]

Leħen il-Mulej żgur li nstema’ qisu ragħda mal-ġisem kollu ta’ Mosè. L-istess bħal Mosè, aħna għandna r-responsabbiltà li niġbru lil Iżrael lejn art is-sliem, lejn l-utied ta’ Sijon. Hi x’inhi l-ħila tagħna biex nesprimu ruħna, jeħtiġilna nimxu ’l quddiem fil-fidi. Inħossuna abbli biex nagħmlu dak li l-Mulej iridna nagħmlu? Nistgħu nħossu r-responsabbiltà tagħna biex Iżrael jinġabar? M’għandniex xi ngħidu, dan jibda minna stess, mill-konjuġi tagħna u minn uliedna stess.

 Waqt li marti u bintu kienu qed jibżgħu mill-maltempata, jien ħsibt bejni u ruħi: 'Nispera li tagħmel ix-xita issa, għaliex għamlet wisq sħana!' Perspettivi differenti jwasslu għal azzjonijiet differenti. Fejn se nkunu meta l-ħajja ma teħodniex mit-trejqa l-iżjed faċli, jew inkella t-trejqa li ma ridniex ngħaddu minnha? Meta l-maltempata bdiet kull ma jmur tiħrax, ħsibt ukoll f’Joseph Smith, li kien mifni bir-responsabbiltajiet kollha li ngħatawlu meta kien għadu ta’ età tant żgħira. Ta’ spiss kien jinże; għarkupptejh biex jitlob bil-ħrara lil Missierna fis-Smewwiet. Forsi wieħed minn dawn il-mumenti mill-aktar kommoventi seħħew fil-Ħabs ta’ Liberty, meta hu ħassu abbandunat mill-Mulej. Il-Mulej qallu:

'U jekk int kellek tinxteħet fil-fossa, jew f’idejn tal-qattelin, u tinqatagħlek għall-mewt; jekk ħa tintefa’ fil-qigħan; jekk il-mewġa li tofrogħ tikkonfoffa kontrik; jekk irwiefen ħorox isiru l-għedewwa tiegħek; jekk is-smewwiet jimtlew bl-iswidija, u l-elementi kollha jingħaqdu flimkien biex itellgħu ħajt; u fuq kollox, jekk ix-xedaq stess tal-infern se jiftaħ ħalqu beraħ għalik, kun af, ibni, li dal-ħwejjeġ kollha se jagħtuk esperjenza, u se jkunu għall-ġid tiegħek. L-Iben ta’ Alla kien niżel taħthom ilkoll. Int ikbar minnu? ...għalhekk, titbeżża’ xejn minn dak li l-bniedem jista’ jagħmel, għaliex Alla huwa miegħek għal dejjem ta’ dejjem.'[ii]

Dan id-diskors żgur li ħassu bħal tkarwit ta’ ragħda kbira madwar ġismu marid u għajjien kollu. Iżda peress li kien ġej mingħand is-Salvatur tagħna, il-kliem tah il-qawwa u t-tama li kellu bżonn biex jimxi ’l quddiem, minkejja t-tbatijiet tiegħu. Ninżlu għarkupptejna biżżejjed drabi ħalli niċievu l-qawwa u t-tama tiegħu?

Il-Mulej ta’ spiss juża l-leħen ġentili u kalm tal-Ispirtu s-Santu biex ikellimna, ifarraġna, iwissina, imexxina, u jserraħna. Jagħmel dan f’mumenti ta’ dubji, imma anki fi żminijiet ta’ taħwid, disprament jew inkwiet. Biex niżguraw ruħna li dejjem nisimgħu l-leħen ħlejju tiegħu, jeħtiġilna nidraw nisimgħuh, jew aħjar li nħossuh, f’mumenti kwieti. Imbagħad, ġentili kemm ikun ġentili, il-leħen se jisiltilna qalba u moħħna bħallikieku tfaqqiegħa ta’ sajjetta.

Hekk jien nixhed f’isem Ġesù Kristu, ammen.


[i] Eżodu 4:10–12

[ii] D&A122: 7–9