Sett estensiv b'riżorsi ta' Welfer u Awtodipendenza tal-Knisja ta' Ġesù Kristu tal-Qaddisn tal-Aħħar Żmien disponibbli f'40 pajjiż Ewropew jista' issa jinstab fuq websajt waħda:
Minn din il-paġna landing, il-membri u l-ħbieb tal-Knisja jistgħu jaċċessaw bi klikk waħdanija r-riżorsi tal-Knisja – fil-lingwi nattivi tagħhom – u jsibu informazzjoni u taħriġ dwar edukazzjoni, żvilupp ta' karriera, saħħa mentali u emozzjonali, servizz umanitarju, kif tibda negozju, l-ippjanar tal-ħajja, it-tħejjija għall-emerġenza u ħafna affarjiet oħra.
Għalfejn hemm bżonn ta' sit wieħed għal dawn ir-riżorsi kollha? 'Dan jissimplifika l-proċess biex issibhom, li qabel kien tant diffiċli,' jgħid Ether Simoncini, li fil-Knisja huwa l-Maniġer tal-Operazzjonijiet taż-Żona fil-Qasam tal-Welfer u l-Awtodipendenza għall-Italja, it-Tramuntana tal-Adrijatiku, u l-Ewrażja.
Il-Knisja, jispjega Simoncini, żviluppat u rfinat dawn ir-riżorsi għal għexieren ta' snin. Ħafna ġew żviluppati b'mod indipendenti mill-oħrajn, minn dipartimenti differenti tal-Knisja. Jinsabu f'diversi websajts. Barra minn dan kollu hemm ukoll il-bosta pajjiżi u lingwi fl-Ewropa, u għaldaqstant li wieħed isib ir-riżorsa eżatta li jkollu bżonn fil-lingwa tiegħu setgħet tkun ħaġa kkumplikata u frustranti. 'Malli konna nħarrġu (nies) kif isibuhom, kienu jinsew mill-ewwel,' qal Simoncini bi tbissima.
Id-Dipartiment tal-Welfer u Awtodipendenza tal-Knisja ta' Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien issa qed iħabbar dan kollu fuq www.LifeHelpEurope.org. 'Aħna qed inħarrġu lill-mexxejja tagħna, hija firma fl-imejls tagħna, hija kodiċi QR fuq il-kards tan-negozju tagħna – iżda jeħtieġ li nagħmlu iktar,' qal Simoncini b'entużjażmu.
'Għajnuna għall-Ħajja' huwa terminu wżat mill-Knisja li jħaddan il-benefiċċji kollha li l-Wlfer u l-Awtodipendenza tagħha tista' toffri. Simoncini nnota, 'U għalhekk l-indirizz tal-websajt huwa perfett.'