Is-Servizzi ta’ Qima, ta’ Ħadd il-Palm u Ħadd il-Għid, Ifittxu li Jxerrdu ‘L-Ikbar Imħabba’ ta’ Alla

image

L-Ewwel Presidenza tal-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien ħabbret li nhar Ħadd il-Palm – id-29 ta’ Marzu, 2026 – il-kongrezzjonijiet lokali se jingħaqdu f’laqgħa sagramentali ta’ siegħa, sakemm ma ġietx diġà mħejjija konferenza tal-wited għal dak il-jum. Dan għaliex ix-xandira tal-konferenza ġenerali annwali tal-Knisja se tiġi mxandra f’Sibt u Ħadd il-Għid.

F’ittra dwar iċ-ċelebrazzjoni ta’ żmien il-Għid mibgħuta lill-mexxejja lokali nhar ir-Tlieta, 22 ta’ Jannar, l-Ewwel Presidenza nnotat li Ħadd il-Palm, l-Għid, u l-konferenza ġenerali huma “opportunitajiet mill-aqwa” biex nikkomemoraw l-Espjazzjoni u l-Qawmien mill-Mewt tas-Salvatur permezz tal-mużika u ta’ messaġġi mimlija ispirazzjoni.


“L-Għid, il-konferenza ġenerali, u Ħadd il-Palm huma opportunitajiet mill-aqwa biex nikkommemoraw l-Espjazzjoni u l-Qawmien mill-Mewt tas-Salvatur. Aħna nħeġġu lilkom ilkoll biex tistiednu lil ħbieb, familja, u ġirien biex jingħaqdu magħna f’dawn is-servizzi ta’ qima lis-Salvatur tagħna, Ġesù Kristu.”

~ L-Ewwel Presidenza

“Kważi 2,000 sena ilu, Ħadd il-Palm immarka l-bidu tal-aħħar ġimgħa tal-ministeru mortali ta’ Ġesù Kristu. Kienet l-iktar ġimgħa importanti fl-istorja tal-umanità,” qal il-Presbiteru Ronald A. Rasband tal-Kworum ta’ Tnax-il Appostlu fil-konferenza ġenerali ta’ April 2023.

Huwa kompla jgħid: “Dak li beda bil-merħba lil Ġesù Kristu bħala l-Messija mwiegħed fid-daħla trijonfali tiegħu f’Ġerusalemm intemmet bil-mewt fuq is-Salib u l-Qawmien mill-Mewt tiegħu. Permezz ta’ ħsieb divin, is-sagrifiċċju espjatorju tiegħu temm il-ministeru mortali tiegħu, u dan għamilha possibbli għalina biex ngħixu ma’ Missierna fis-Smewwiet għall-eternità.”

Fi tmiem il-ġimgħa ta’ wara, kulħadd huwa mistieden jinġabar għall-196 Konferenza Ġenerali Annwali tal-Knisja nhar l-4–5 ta’ April, 2026. Ix-xandira se tiġi mxandra b’mod dirett miċ-Ċentru tal-Konferenza f’Salt Lake City, Utah, f’diversi lingwi.

“Bil-ferħ tal-Għid, aħna nkantaw, ‘Il-Mewt mirbuħa; il-bniedem nħeles. Kristu rebaħ il-vittorja.’ Il-Qawmien mill-Mewt ta’ Kristu jeħlisna mill-mewt, mill-limitazzjonijiet taż-żmien u l-imperfezzjonijiet tal-ġisem,” tenna il-Presbiteru Gerrit W. Gong tal-Kworum tat-Tnax il-Appostlu fil-konferenza ġenerali ta’ April tal-2025. “Huwa ċarċar demmu mill-pori kollha ta’ ġismu, beka d-demm  (this is not in the original text this is added), biex jipprovdilna mod kif naħarbu mid-dnub u mis-separazzjoni. Huwa jgħaqqadna mill-ġdid, issaħħaħna u jqaddisna, ma’ xulxin u ma’ Alla. Fil-ħwejjeġ tajbin kollha, Ġesù Kristu jirrestawra b’mod abbundanti – mhux biss dak li kien iżda wkoll dak li jista’ jkun.”