Il-5 ta’ Ġunju huwa meqjus bħala l-Jum Dinji tal-Ambjent—inizjattiva globali mmirata biex trawwem djalogu ekoloġiku u s-soluzzjoni tal-problemi. Fost diversi reliġjonijiet, in-natura għandha sinifikat profond, ħafna drabi sservi bħala emblema sagra tal-fidi. Allinjata mal-perspettivi Kristjani dwar in-natura, Il-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien tħeġġi lill-membri tagħha biex iħaddnu d-dinja naturali bħala manifestazzjoni ta’ gratitudni u qima. Il-mibki Appostlu, Presbiteru M. Russell Ballard enfasizza dwar l-importanza tal-involviment man-natura meta ddikjara, “biex nirrispettaw tassew lill-Ħallieq, irridu napprezzaw il-ħolqien tiegħu. Irridu nippjanaw li nieħdu l-ħin biex nosservaw il-meravilji tan-natura.” F’dinja kkunsmata bil-ħajja mgħaġġla, il-Presbiteru Ballard jagħti parir lill-membri tal-Knisja biex 'jieqfu u jxommu l-ward' bħala mezz biex jingħaqdu ma’ Alla, ma’ ħaddieħor, u lilhom infushom.
Il-Konxjożità Personali
Fil-Bibbja, Alla jħeġġeġ, 'isktu u kunu afu li jien Alla.' Fis-soċjetà mgħaġġla tal-lum, li aħna nisperjenzaw dak is-skiet hi ħaga difficli, speċjalment għall-ġenerazzjonijiet iżgħar. Il-pandemija tal-Covid-19, madankollu, ġiegħlet lil ħafna isolation, toffri riguvinazzjoni personali u tgħallem l-valur li tkun preżenti and konxjożità. Metodu li qed isir aktar popolari biex tipprattika l-konxjożità hija billi tqatta’ aktar ħin fin-natura. Huwa fatt xjentifiku li jtejjeb il-benesseri mentali u jrawwem ħsieb pożittiv, meta inkunu qeddin imdawrin bl-ambjent mhux biss jgħamilha aktar facli li nħossuna kalm iżda jippromwovi wkoll is-saħħa psikoloġika. In-natura tqanqal awto-riflessjoni, u tipprovoka lil ħafna jħaffru aktar fil-fond fihom infushom biex jiksbu għarfien personali u trankwillità interna.
Il-Pont li jwassal għad-Divin
L-eks President tal-Knisja John Taylor irrimarka, 'Jekk tħares lejn l-għasafar, il-bhejjem, jew is-sistema umana, tara xi ħaġa skwiżitament sabiħa u armonjuża, denja ta kontemplazzjoni li kien hemm Alla.' F’dinja li aktar ma tmur aktar qed issir sekulari l-kunċett tal-eżistenza ta’ Alla spiss jiġi injorat. Madankollu, l-immersjoni lilu nnifsu fin-natura spiss iqajjem mistoqsijiet eżistenzjali aktar profondi. Il-Presbiteru Stephen L. Richards, Il-mikbi Appostlu ieħor tal-Knisja, qabbel is-sbuħija ma’ “reliġjon pura,” u ddubita “jekk xi bniedem razzjonali qatt kellu kunċett ta’ Alla, jiġifieri bħala bniedem personali, ħlief f’ambjent ta’ sbuħija u mħabba skwiżita.” Għall-Qaddisin tal-Aħħar Żmien, il-laqgħat mad-divin spiss iseħħu fin-natura, kif inhu evidenti fir-restawrazzjoni tal-Knisja, li beda fi masġar ta’ siġar fejn Joseph Smith Jr. ra lil Alla u lil Ġesù Kristu. In-natura sservi bħala mezz għall-konnessjoni mad-divin, u tħeġġeġ lill-individwi biex ifittxu esperjenzi spiritwali.
Allinjati ma’ ħafna tradizzjonijiet ta' fidi oħra, il-membri tal-Knisja ta' Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien huma msejħa biex ikunu amministraturi tad-dinja, billi jqisu n-natura bħala pont lejn jwassal għand Alla. Permezz tan-natura, in-nies jitgħallmu “jisktu” u jiskopru li Alla jista’ jkun eqreb milli kienu jaħsbu qabel.