Bosnja u Ħerzegovina

Karitajiet Qaddisin tal-Aħħar Żmien u Muslim Aid jibnu 2,720 serra fil-Bosnja u Ħerzegovina

Is-serer, meta jagħtu kenn lill-ħxejjex mill-klima tal-Bosnja, ikunu qed jittriplikaw it-tul tal-istaġun tat-tkabbir u jirduppjaw l-frott tal-pjanti li qed jikbru fihom

Muslim Aid [Ndihma Myslimane]
KRETTU: Muslim Aid

Dak li beda bħala kontribut umli ta' 20 serra fl-2014 issa kiber fi sforz ħafna ikbar bejn il-Karitajiet Qaddisn tal-Aħħar Żmien u Muslim Aid li kkofinanzjaw madwar 2,720 serra fil-Bosnja u Ħerzegovina.  Il-Karitajiet Qaddisin tal-Aħħar Żmien huwa d-driegħ umanitarju tal-Knisja ta' Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien.

Mill-bidu tas-seklu 21 fil-Bosnja u Ħerzegovina, sa 31 fil-mija mill-popolazzjoni bla xogħol fi tfittxija għal l-indipendenza permezz ta' xogħol onest ma rnexxilhomx isibuha.

Għal din ir-raġuni, fl-2014, meta dik ir-rata ta' qgħad kienet għadha għolja u tleħħaq is-27 fil-mija, il-Knisja ta' Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien ddeċidiet li l-iktar mod li setgħet tkun effettiva kienet li taħdem flimkien mal-organizzazzjoni ta' karità b'reputazzjoni antika u tajba, il-Muslim Aid, u hekk beda l-proġett tas-serer.

Wieħed forsi jistaqsi, għala serer? Is-serer, meta jagħtu kenn lill-ħxejjex mill-klima tal-Bosnja, ikunu qed jittriplikaw it-tul tal-istaġun tat-tkabbir u jirduppjaw l-frott tal-pjanti li qed jikbru fihom, u b'hekk effettivament ikunu qed ikabbru b'sitt darbiet l-opportunità li teżisti fil-biedja, filwaqt li jippermettu biex il-familji jieklu huma stess u jbigħu l-eċċess tagħhom, u s-serer ma jingħatawx mingħajr ma l-benefiċjarji ma jingħatawx kull ċans li jagħmlu suċċess minnhom.  Kull individwu jew familja li huwa jew hija ffurtunati biżżejjed li jirċievu serra jirċievu wkoll taħriġ fuq il-post minn agronomista mħarreġ, żrieragħ u xtieli għall-ewwel sena tagħhom fil-produzzjoni, filwaqt li jibqgħu jirċievu għajnuna in segwitu.

Li tagħti serra u t-taħriġ assoċjat meħtieġ biex r-reċipjenti jagħmlu l-aqwa użufrutt, minflok sempliċiment toffrilhom ikel waħdu, huwa tabilħaqq għotja ta' rigal li jibqa' jiġġenera, u hekk fil-fatt ġara, b'90 fil-mija ta' serer li ngħataw  ħames snin ilu u anki iktar għadhom joperaw sal-lum il-ġurnata.

U hekk ġara wkoll għal Elkaz Husein, li għandu 50 sena, u li flimkien ma' martu jaqla' l-għixien tiegħu mill-bejgħ tal-eċċess tagħhom ta' bżar u tadam.  Filwaqt li Elkaz kien fi żmien preċedenti bata biex isib ix-xogħol minħabba l-istat tiegħu ta' refuġjat u problemi ta' mard mentali, issa qed igawdi ħafna iktar awto-suffiċjenza.  Din is-sena, huwa u martu qed jiżirgħu l-frawli bit-tama li jagħmlu iktar profit.

Mart Husein, iżżomm f'idejha xi frawli li huma għażlu li jkabbru din is-sena.  KRETTU: Muslim Aid

Għal Haris Alajbegovic, ta' 34 sena, il-proġett tas-serer kien ta' serħan il-moħħ li se jkollu ikel bnin biex jitma' liż-żewġ uliedu u lill-ġenturi, mingħajr l-użu tal-pestiċidi.  'Dak,' qal, 'm'għandux prezz.'

Haris Alajbegovic u ż-żewġ uliedu quddiem is-serra tagħhom. KRETTU: Muslim Aid

Bħala NGO internazzjonali bbażata fuq twemmin, il-Muslim Aid tgħin lill-foqra biex jegħlbu t-tbatija f'pajjiżi madwar l-Afrika, l-Asja u l-Ewropa.