Albanija 

Kif Qaddisin tal-Aħħar Żmien Albaniżi Jaqsmu mal-Oħrajn Daqqa l-Imħabba u Daqqa Kutra

Fil-Bibbja, Kristu jagħti żewġ kmandamenti kbar: 'ħobb lill-Mulej, Alla tiegħek, b’qalbek kollha, b’ruħek kollha, u b’moħħok kollu,' u 'ħobb lil għajrek bħalek innifsek.' Għal uħud mill-membri tal-Knisja ta' Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien fl-Albanija, dawn il-kmandamenti jittraxxendu l-kliem fuq il-paġna; jirrappreżentaw sejħa għall-azzjoni—azzjoni li huma jħaddnu bir-rieda kollha.  

F'Diċembru 2023, Il-Knisja ta' Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien taw donazzjoni ta' sett ta' washers u dryers lill-orfanatrofju f'Saranda l-Albanija. Bil-fondi li kien għad baqagħlhom, il-Qaddisin Albaniżi organizzaw proġett ta' servizz billi jorbtu kutri tas-suf u jiktbu kartolini tal-Milied u tal-Istrina għat-tfal orfni u familji fil-qrib.  

Missjunarji mill-Knisja ta' Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien jiktbu kartolini tal-Milied għat-tfal orfni.
Missjunarji mill-Knisja ta' Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien jiktbu kartolini tal-Milied għat-tfal orfni.

Ispirati minn mara anzjana u għamja fl-Istat Uniti li esprimiet imħabbitha għal dawk fil-bżonn billi kienet torbot il-kutri u tgħannaq lil kull waħda minnhom qabel ma kienet tagħtihom, il-Qaddisin Albaniżi nedew il-proġett 'kutra-u-tgħanniqa'. F'imitazzjoni tal-ispirtu ġeneruż tagħha, iktar minn 80 Qaddis tal-Aħħar Żmien u missjunarju full-time stazjonati fl-Albanija jew fil-qrib ingħaqdu flimkien biex jagħmlu 28 kutra tas-suf u kartolini tal-Milied u tal-Istrina għal tfal orfni f'Saranda, u tliet familji oħra fil-lokal li huma fil-bżonn.  

Għall-membri tal-Knisja ta' Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien,  li jservu lill-oħrajn hija espressjoni essenzjali tal-fidi. Il-Ktieb ta' Mormon, test sagru tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien, jiddikkjara, 'meta tkunu għas‑servizz ta’ għajrkom intom fil‑fatt tkunu għas‑servizz ta’ Alla tagħkom.' B'dan il-prinċipju f'moħħhom, il-Qaddisin Albaniżi organizzaw proġett ieħor li jinvolvi l-irbit tal-kutri--din id-darba, għal ommijiet ġodda fil-bżonn.

Missjunarji u membri tal-Knisja ta' Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien qed jiktbu kartolini għal ommijiet ġodda.
Missjunarji u membri tal-Knisja ta' Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien qed jiktbu kartolini għal ommijiet ġodda.

F'Mejju tal-2024, grupp ta' 30 Qaddisa tal-Aħħar Żmien Albaniża issieħeb ma' Lizzy Grezda, Direttriċi tal-Mother and Child Hospital Foundation. Flimkien, huma għamlu 100 kutra tat-trabi u kartolilni, li tqiegħu f'kaxxi biex jingħataw lil ommijiet ġodda fil-bżonn. Barra minn dan, Il-Knisja ta' Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien tat bħal donazzjoni lill-organizzazzjoni moniters ta' sinjali vitali, ożimetri tal-polz, u kaxxi mimlijin b'affarjiet essenzjali għal trabi ġodda.  

Meta staqsejnieha x'taħseb dwar il-proġett, Sister Caroline Casper, missjunarja għall-Knisja fl-Albanija, qalet, 'Lil dik il-kutra tajtha tgħanniqa kbira, bit-tama li l-omm tkun tista' tħoss imqar biċċa żgħira mill-imħabba li l-Missier fis-Smewwiet għandu għaliha.' Apparti li l-ferħ li jasal minn servizz huwa diġà ta' motivazzjoni suffiċjenti, il-Qaddisin tal-Aħħar Żmien spiss isibu sodisfazzjon ikbar għax jafu li s-servizz tagħhom jista' jkun mezz biex taqsam l-imħabba ta' Alla ma' ħaddieħor.

Missjunarji sisters fl-Albanija jservu kutri b'tgħanniqa li huma għamlu għal ommijiet ġodda fil-bżonn.
Missjunarji sisters fl-Albanija jservu kutri b'tgħanniqa li huma għamlu għal ommijiet ġodda fil-bżonn.

Li tagħmel impatt ma jitlobx estravaganza jew xi mossi ta' barra minn hawn; kull ma għandek bżonn huwa l-intenzjoni ġenwina li tagħmel it-tajjeb. Permezz tas-servizz tagħhom, il-Qaddisin tal-Aħħar Żmien Albaniżi missew il-qlub ta' madwar 130 individwu, billi żgurawhom li jagħtu kashom, iħobbuhom, u jindukrawhom—kemm huma bħala l-ġirien tagħhom, u kemm Alla, għoqda waħda wara l-oħra.