Il-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien, bħal komunitajiet oħra ta’ reliġjonijiet globali, ta’ spiss tispiċċa ċ-ċentru tal-attenzjoni tal-indusrija tad-divertiment. Xi rappreżentazzjonijiet huma ġusti u eżatti, filwaqt li oħrajn jirrikorru għal sterjotipi jew addirittura miżrappreżentazzjonijiet li xejn m'huma xierqa u li għandhom konsegwenzi xejn sbieħ fil-ħajja reali ta’ nies bil-fidi.
Għalkemm din mhix xi ħaġa ġdida, għadd ta’ produzzjonijiet riċenti juri stili ta’ ħajja u prattiċi sfaċċatement inkonsistenti mat-tagħlim tal-Knisja. Oħrajn bla responsabbiltà ta’ xejn jinterpretaw b’mod qarrieq is-sigurtà u l-kondotta tal-missjunarji volontarji tagħna. Naċċettaw li xi wħud fil-midja għandhom faxxinu speċjali dwar il-Knisja, imma jiddispjaċina ninnutaw li r-rappreżentazzjonijiet spiss jiddependu fuq is-sensazzjonaliżmu u l-iniżattezzi li ma jirriflettux sew u bi sħiħ il-ħajja tal-membri tal-Knisja tagħna jew it-twemmin sagru li dawn jgħożżu.
Miljuni ta’ membri tal-Knisja madwar id-dinja huma nies iddedikati ħafna għall-familja, il-lealtà, is-servizz u l-evanġelju ta’ Ġesù Kristu. Aħna nistiednu lil kulħadd biex jikkonsultaw sorsi affidabbli u jisimgħu l-vuċijiet u l-esperjenzi awtentiċi ta’ individwi u familji li jsibu ferħ u sodisfazzjon kbir meta jgħixu dawn il-prinċipji.
Wieħed jista’ jara bl-aħajr mod l-istorja vera tal-fidi tagħna fil-ħajja ta’ nies bla għadd li jagħmlu l-almi tagħhom ta’ kuljum biex jimxu wara s-Salvatur tagħna, Ġesù Kristu.