Kunu ta’ intenzjoni spiritwali, jisħqu l-kelliema fil-konferenza globali tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien

Familja fil-Pjazza tat-Tempju fil-Belt ta’ Salt Lake, Utah, matul tmiem il-ġimgħa tal-konferenza ġenerali, mit-30 ta’ Settembru sal-1 ta’ Ottubru 2023.
Familja fil-Pjazza tat-Tempju fil-Belt ta’ Salt Lake, Utah, matul tmiem il-ġimgħa tal-konferenza ġenerali, mit-30 ta’ Settembru sal-1 ta’ Ottubru 2023.

Meta nagħmlu l-għażliet tagħna b’intenzjoni spiritwali u billi npoġġu lil Ġesù Kristu l-ewwel ħa nwittu t-triq lejn ħajja mimlija hena, qal il-President Russell M. Nelson f’messaġġ bil-vedjo rrekordjat minn qabel li ntwera matul l-aħħar sessjoni ta’ konferenza ta’ jumejn li saret fit-30 ta’ Settembru u l-1 ta’ Ottubru fil-Belt ta’ Salt Lake fl-Istat ta’ Utah, l-Istati Uniti, li xxandret ma’ udjenzi madwar id-dinja.

“Hekk kif taħsbu b’mod ċelestjali, intom se taraw il-provi u l-oppożizzjoni f’dawl ġdid,” żied jgħid il-President tal-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien, li riċentament iċċelebra għeluq tad-99 sena tiegħu. Jekk wieħed jaħseb b’mod ċelestjali dan se jibdel qalbu u se jwasslu biex jibda jitlob b’mod iktar sinċier, komplja jgħid. Minħabba uġigħ fil-muskoli, il-President Nelson segwa l-konferenza permezz tat-teknoloġija minflok attenda personalment.

Il-konferenza ġenerali hija tlaqqigħa dinjija tal-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien. Darbtjen fis-sena, matul l-ewwel tmiem il-ġimgħa ta’ April u l-ewwel tmiem il-ġimgħa ta’ Ottubru, mexxejja tal-Knisja minn madwar id-dinja jaqsmu magħna messaġġi, jew diskorsi, iffukati fuq Ġesù Kristu u l-evanġelju tiegħu. Nies ta’ kull reliġjon, twemmin, u sfond soċjali u minn madwar id-dinja kollha huma mistednin li jaraw, jisimgħu, u jipparteċipaw.

Il-Presbiteru Dieter F. Uchtdorf, li twieled il-Ġermanja, il-Presbiteru Alan T. Phillips mir-Renju Unit, u l-Presbiteru Christophe G. Giraud-Carrier li huwa Franċiż kienu fost dawk li indirizzaw il-konferenza. Kelliema oħrajn kienu mill-Arġentina, mill-Brażil, mill-Gwatemala, mill-Korea, minn New Zealand, u mill-Istat Uniti.

Matul id-diskors tiegħu, il-Presbiteru Uchtdorf tal-Kworum tat-Tnax -il Appostlu rrefera għall- parabbola tal-iben il-ħali. F’din l-istorja mill-Bibbja li oriġinarjament intqalet minn Ġesù Kristu, iben ribelluż jitlaq mid-dar u jonfoq il-wirt kollu tiegħu. Meta jiġi lura, missieru jaħfirlu u jagħtih merħba.

Il-Presbiteru Uchtdorf indirizza lil dawk li tilfu l-fidi tagħhom, u wegħidhom li malli jiddeċiedu li jirritornaw u li jimxu fit-triq ta’ Ġesù Kristu, il-qawwa tiegħu tidħol f’ħajjithom u tittrasformahom.

“Kif nitrattaw lil xulxin huwa important ħafna,” qal il-Presbiteru Phillips. Huwa ħeġġeġ lil dawk li qed jitħabtu fil-familja tagħhom, fil-kongregazzjoni, jew fil-komunità lokali. Li nieħdu ħsieb lil dawk fil-bżonn jista’ jkun ifisser ukoll  li nfittxu li ntaffu s-sofferenza ta’ dawk li qed jgħixu f’faqar estrem u dawk li huma spostati bil-forza minħabba persekuzzjoni, konflitt, u vjolenza.

Matul l-ewwel diskors tiegħu mogħti lill-konferenza ġenerali, il-Presbiteru Giraud-Carrier spjega li n-nies jafu jkunu trabbew f’kulturi differenti; jafu jkunu ġejjin minn ċirkostanzi soċjo-ekonomiċi differenti; il-patrimonju mortali tagħhom, inkluż in-nazzjonalità, il-lewn tal-ġilda, il-preferenzi tal-ikel, u l-orjentazzjoni politika jistgħu jvarjaw bil-kif. Iżda lkoll kemm aħna wlied Alla, mingħajr eċċezzjoni, tenna l-Presbiteru Giraud-Carrier.

Il-Presbiteru Alexander Dushku kien sostnut bħala Awtorità Ġenerali tas-Sebgħin matul il-konferenza. Matul is-sessjoni tat-tmexxija tal-konferenza ġenerali, żewġ Sebgħin Reġjonali ġew sostuni u tnejn kienu eżonerati.

Fi tmiem il-konferenza, il-President Nelson ħabbar li l-Knisja se tibni 20 tempju ieħor fl-Afrika, l-Asja, l-Amerka Latina, l-Istat Uniti, u l-Oċeanja. Il-Qaddisin tal-Aħħar Żmien jikkonsidraw it-tempji bħala djar ta’ Alla, postijiet ta’ qdusija u paċi mifrudin mill-preokkupazzjonijiet tad-dinja. Huma differenti mill-eluf ta’ kappelli u djar tal-laqgħat regolari mxerrdin madwar id-dinja u li jintużaw għas-servizzi tal-Ħadd.

Il-mużika fil-konferenza kienet ipprovduta minn bosta korijiet, inkluż it-Tabernacle Choir at Temple Square, taħt it-tmexxija ta’ Mack Wilberg u Ryan Murphy u b’akkumpanjament tal-organisti Andrew Unsworth u Richard Elliott.