Messaġġ mit-Tmexxija tar-Reġjun

L-Ispirtu Veru tal-Milied

Elder Niels Ole Jensen
Il-Presbiteru Niels Ole Jensen, il-Ġermanja Sebgħin Reġjonali, Reġjun taċ-Ċentru tal-Ewropa

Fi żmien il-Milied ta’ spiss nisimgħu nies jgħidu li diġà qed iħossu l-ispirtu tal-Milied, jew oħrajn li għadhom ma jistgħux iħossuh. Il-ħsieb ta’ Milied bis-silġ, żjara f’xi suq tal-Milied, u t-tħejjija tar-rigali jew dak il-festin speċjali tal-Milied huma mezzi popolari biex wieħed jiġbed lejh dik l-allegrija festiva leġġendarja.

Sfortunatament, it-tifsira vera tal-Milied ta’ sikwit tintilef x’imkien f’din l-atmosfera. Jien kelli ċ-ċans li nieħu din il-lezzjoni b’mod intens ħafna matul il-missjoni tiegħi. F’Diċembru tal-1997, sieħbi u jien ġejna ttrasferiti f’raħal żgħir f’Wales u sibna post flimkien. Kien hemm qasam żgħir ħafna, iżda b’nies mill-aqwa. Qattajna żmien sabiħ hemmhekk u ħdimna qatigħ, bit-tama li nkellmu lin-nies dwar Kristu. Matul it-tieni nofs ta’ Diċembru, aħna nnutajna kif is-sħab kollha missjunarji, f’ambjent kważi kompetittiv, irrapportaw meta u fejn kull darba li l-membri stednuhom biex imorru jieklu għandhom. Kienet donnha bħallikieku xi tip ta’ sport, li ddaħħal kemm jista’ jkun ikliet tal-Milied fiż-żewġ vaganzi tal-Milied. Bosta mill-missjunarji ta’ esperjenza ikbar semmew kemm kienet delizzjuża l-ikla tardizzjonali tal-Milied u bilkemm kienu jifilħu jistennew li tasal dik il-ġurnata speċjali. Fost dan il-ferħ kollu, sieħbi u jien intbaħna li konna għadna ma rċevejniex stedina waħda li hi waħda. Iżda lanqas ma xtaqna li nagħmlu xi impożizzjoni u għalhekk bqajna nittamaw li xi ħadd seta’ forsi jistedinna għall-ikel. Bqajna ma smajna xejn minkejja li l-Milied kien qed joqrob ġmielu. Ftit qabel jum il-Milied, organizzajna konferenza taż-żona, li għaliha attendew il-missjunarji kollha li kienu qed iservu f’Wales. Kien hemm spirtu mill-isbaħ isaltan f’dik il-konferenza. Iżda dak li kien importanti ħafna iktar għalina l-missjunarji kienu l-pakketti mid-dar li konna rċevejna. Kollna ferħana, sieħbi u jien irritornajna fl-appartament tagħna. Kontra r-regoli u t-twissijiet kollha tal-ġenituri tiegħi dwar dak il-pakkett, qbadt u ftaħtu dik il-lejla stess. Fih kien hemm ftit rigali żgħar, ittra mingħand il-ġenituri tiegħi, u ħelu tal-Milied. Kemm fraħt! Kienet lejla mill-aqwa, u t-tnejn li aħna gawdejna mill-ħlewwiet li konna rċevejna mid-dar. L-uniku ħaġa kienet li kien għadu mhux il-Milied.

Mary holding Jesus

Sfortunatament, konna għadna ma rċevejna l-ebda stedina għall-ikla tal-Milied sal-24 ta’ Diċembru. Biex tkompli tgħaxxaq is-sitwazzjoni, l-24 inzerta kienet ġurnata ta’ tħejjija, u konna ppjanajna li nilagħbu logħba futbol mal-missjunarji l-oħra kollha, u wara din kulħadd kellu jmur dritt għall-ikla rispettiva tiegħu. Konna ddispjaċuti mhux ftit meta ntbaħna li l-presbiteri l-oħrajn kienu nsew li jagħtuna lift sal-avveniment. Jien u sieħbi mxejna t-toroq tar-raħal tagħna fix-xita, bl-iskop li għallinqas inġibu l-ħin. Konna qed inħossu altru milli l-ispirtu tal-Milied.

Għajjiena u ddiżappuntati, irritornajna d-dar filgħaxija biex insajru xi ħaġa. Niftakar sew kif dħalt fl-appartament tagħna, bis-sistema tat-tisħin mill-ġdid bis-sħana, u l-pakketti tal-Milied mill-familji tagħna ġa miftuħin u saħansitra mikulin. Waqaft imdejjaq fis-salott, u ħassejtni tassew waħdi u mnikket. Kulma stajt nagħmel kien li nisma’ xi mużika tal-Milied. U hekk għamilt. Kienu qed idoqqu l-Messiah ta’ Handel, u ħarsti fittxet ix-xbieha tas-Salvatur tagħna u ħuna l-kbir, Ġesù Kristu. Stampa li bħala wieħed isib f’eluf ta’ appartamenti tal-missjunarji: imwaħħla bit-tejp mal-ħajt, imrembla, bla gwarniċ. U f’daqqa waħda, kien il-Milied! Kont naf għalfejn kont hemm. Kont naf x’konna qegħdin niċċelebraw u dak li kien tassew importanti.

Jiena ċċelebrajt bosta festi tal-Milied mill-isbaħ f’għomri u għandi memorji sbieħ kemm trid. Dak il-Milied f’Wales fl-1997, madanakollu, kien probabbilment l-iktar Milied intens s’issa. Ir-rigal ta’ veru li rċevejt dak il-Milied kien imħabba iktar intensa għas-Salvatur u l-ħabib tiegħi, Ġesù Kristu.

Fil-messaġġ tal-Milied tiegħu tas-sena 2021, il-President Russell M. Nelson qal,

“Hawn tant nies madwarna mtaqqlin bil-biża’ u l-inċertezza. Nistedinkom tagħmlu spazju f’qalbkom għal dawk li forsi qed jitħabtu biex jaraw id-Dawl tas-Salvatur u biex iħossu Mħabbtu. L-ebda rigali mhu se jfissru iżjed minn għemejjel ta’ mħabba safja li intom toffru lil min iħossu waħdu, imġarrab, u għajjien. Dawn huma rigali li jfakkru kemm lilna u kemm lilhom il-vera raġuni ta’ dan l-istaġun: ir-rigal tal-Iben ta’ Alla, Ġesù Kristu, li twieled biex ikeċċi kull biża’ u biex iġib id-dawl li ma jintemm qatt u l-ferħ lil kull min jimxi warajh.”

J’alla li l-Milied ta’ din is-sena ikun opportunità għalik biex tqawwi x-xhieda tiegħek ta’ Ġesù Kristu u biex tgħin lil ħaddieħor jirċievi dan ir-rigal ukoll. Din hija t-talba tiegħi. F’isem Ġesù Kristu, Ammen.