Chorley, l-Ingilterra 

L-Adulti Żgħażagħ Ewropej jiċċelebraw il-Fidi u l-Ħbiberija waqt Konferenza Straordinarja 

image
Madwar 1,500 adult żagħżugħ u żagħżugħa minn 24 pajjiż inġabru f'Lancashire, l-Ingilterra, għall-Konferenza inawgurali One-by-One tal-Knisja ta' Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien

Mid-29 u l-31 ta' Mejju, madwar 1,500 adult żagħżugħ minn 24 pajjiż inġabru f'Lancashire, l-Ingilterra, għall-Konferenza inawguraliOne-by-One tal-Knisja ta' Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien—l-akbar avveniment tat-tip tagħha għall-adulti żgħażagħ fl-Ewropa.

Matul tlitt ijiem, il-parteċipanti ħadu sehem f'proġetti ta' servizz, devozzjonali u seminars, qima tat-tempju, attivitajiet sportivi u ta' timijiet, u opportunitajiet biex jibnu ħbiberiji dejjiema ma' adulti żgħażagħ sħabhom minn madwar l-Ewropa. Il-konferenza ewlenija kien fiha żewġ devozzjonali speċjali mal-Presbiteru Clark G. Gilbert tal-Kworum tat-Tnax-il Appostlu.

Filwaqt li seħħet fis-sit tat-Tempju ta' Preston Ingilterra u fid-dar ta' Burnley Football Club, it-tema tal-konferenza ta' din is-sena, One-by-One, tirrifletti enfasi akbar fir-Reġjun tat-Tramuntana tal-Ewropa fuq dixxipulat personali, it-tħejjija biex nirċievu ordinanzi sagri tat-tempju, u kif għandna ngħinu lil ħaddieħor jimxi 'l quddiem fit-triq tal-patt. Tenfasizza wkoll kif għandna nħarsu lil kull individwu bħala wild għażiż ta' Alla, b'valur uniku u potenzjal divin—enfażi li kienet evidenti matul il-ġranet kollha tal-konferenza.

image

Nibdew billi Niffokaw fuq it-Tempju

Il-qofol għal ħafna nies li attendew kien l-opportunità li nqimu flimkien fit-Tempju ta' Preston England ġewwa Chorley. Għall-adulti żgħażagħ li vvjaġġaw minn 24 pajjiż, il-ġabra fit-Tempju pprovdiet tifkira tal-fidi li tgħaqqadhom flimkien minkejja l-kulturi, il-lingwi u l-isfondi differenti tagħhom.

'Kien hemm xi ħaġa verament qawwija dwar li nkunu fit-Tempju flimkien,' qal Conor Hughes, adult żagħżugħ minn Chorley, l-Ingilterra. Huwa kompla: 'Minkejja l-kulturi u l-isfondi differenti tagħna, ħassejna li aħna lkoll parti minn familja waħda bl-istess għanijiet. Ġejt imfakkar li aħna lkoll maħbubin minn Alla bl-istess mod.'

Għal Kai Corre, minn Bedford, l-esperjenza ta' qima flimkien fil-bidu tal-konferenza għenet biex jiġu stabbiliti ton u spirtu ta' għaqda li komplew tul tmiem il-ġimgħa.

'Il-qima tat-Tempju u r-relazzjonijiet mill-qrib li stajna niffurmaw hemmhekk b'mod definittiv ippenetraw l-attivitajiet tas-Sibt u tul il-kumplament tal-konferenza,' huwa qal.

image
Madwar 1,500 adult żagħżugħ u żagħżugħa minn 24 pajjiż inġabru f'Lancashire, l-Ingilterra, għall-Konferenza inawgurali One-by-One tal-Knisja ta' Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien

Magħqudin fil-Fidi u s-Servizz

Is-Sibt, l-adulti żgħażagħ inġabru fid-dar ta' Burnley FC, wieħed mill-aktar klabbs tal-futbol ikoniċi. Matul il-jum, il-parteċipanti ħadmu flimkien fi proġetti ta' servizz li appoġġjaw karitajiet lokali, ħadu sehem f'attivitajiet ta' timijiet, u nġabru flimkien għal devozzjonali mal-Presbiteru Clark G. Gilbert.

B'ħidma f'timijiet madwar il-grawnd, il-parteċipanti ħejjew pakketti tal-ikel għal Burnley Football Club fil-bank tal-ikel tal-Komunità u mmuntaw aktar minn 1,500 sett ta' iġene għal Lancashire Women u Safenet. Dawn l-organizzazzjonijiet jipprovdu appoġġ prattiku lill-individwi u l-familji li qed jiffaċċjaw tbatija, inkluż in-nisa u t-tfal affettwati mill-abbuż domestiku. 

image
Madwar 1,500 adult żagħżugħ u żagħżugħa minn 24 pajjiż inġabru f'Lancashire, l-Ingilterra, għall-Konferenza inawgurali One-by-One tal-Knisja ta' Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien

Għal Rose, minn Newcastle-under-Lyme, il-proġett ta' servizz enfasizza kif jistgħu jiġu ffurmati ħbiberija mill-aktar sinifikanti meta n-nies jingħaqdu flimkien biex jissapportjaw lil dawk fil-bżonn.

'Hija ħaġa tal-għaġeb li inti tingħaqad ma' nies li ma tafx u malajr tibni konnessjonijiet daqstant b'saħħithom għaliex qed isservi lil ħaddieħor,' qalet. ' Kellna madwar għaxar nies fil-grupp tagħna u kont naf biss ftit minnhom, iżda sal-aħħar ħassejtni kompletament differenti.'

Hija żiedet: 'Tant hi ħaġa tal-għaġeb li nkunu f'post wieħed ma' nies minn bosta pajjiżi differenti, li lkoll naħdmu flimkien għall-istess għan.'

Wara l-proġett ta' servizz, l-adulti żgħażagħ marru jilagħbu fil-playing field f'Burnley Football Club. Normalment id-dar għall-plejers tal-futbol ta' klassi dinjija, il-grawnd ospita nofstanhar ta' attivitajiet ta' bini ta' timijiet, kompetizzjoni sportiva u amikevoli. Minn roller skating sa tfigħ ta' soft axe, l-adulti żgħażagħ laqgħu l-opportunità li joħorġu minnhom infushom, jiltaqgħu ma' nies ġodda u jsaħħu l-ħbiberija ffurmata matul tmiem il-ġimgħa.

 

Madeline, adulta żagħżugħa minn London, ikkummentat: 'Għalkemm normalment mhux xi waħda li mmur għal dawn l-okkażjonijiet, dan il-jum kien wieħed mill-aqwa. Hija xi ħaġa enerġika ħafna li tkun fi grawnd mimli nies bħalek. Jiena erġajt iltqajt ma' tant ħbieb antik minn stadji differenti ta' ħajti, u ltqajt ma' nies ġodda minn kullimkien, minn Galway sal-Peru... Li ngħinu lil ħaddieħor, li nikkollegaw bħala komunità, u li niżfnu ml-mużika tal-bidu tas-sena 2000 hija l-essenza li tkun Qaddis tal-Aħħar Żmien!'

Għal ħafna nies li attendew, wieħed mill-aktar aspetti memorabbli tal-konferenza kien li jaraw l-iskala tal-ġabra ta' nies u jiltaqgħu ma' adulti żgħażagħ oħra li qasmu l-fidi u l-valuri tagħhom. Isabella minn Limerick, l-Irlanda, qalet: 'Vera impressjonanti, ma stennejtx li ħa jkun hawn dan l-ammont ta' nies! Hija ħaġa sabiħa li tkun hawn ma' dawn il-ħafna nies, u li tkun taf li hemm daqshekk nies ta' età tiegħek li jaqsmu l-istess standards bħalek hi ħaġa tal-għaġeb!'

'Ftakru fl-Identità Divina tagħkom,' ħeġġeġ il-Presbiteru Gilbert

Il-Presbiteru Clark G. Gilbert, tal-Kworum tat-Tnax-il Appostlu, ingħaqad mal-adulti żgħażagħ f'Burnley Football Club nhar is-Sibt filgħaxija. Filwaqt li talab lil bosta mill-organizzaturi u l-parteċipanti tal-konferenza tal-Adulti Żgħażagħ biex jirriflettu dwar l-esperjenzi tagħhom, huwa enfasizza l-ispirtu tal-għaqda, tas-servizz u tal-appartenenza li kienu ikkaratterizzaw il-ġabra.

Ispirat mill-parir li kien tana l-President Russell M. Nelson, il-Presbiteru Gilbert ħeġġiġhom biex huma jiftakru l-identità eterna tagħhom u l-irwol li dan għandu fit-tfassil tal-aktar għażliet importanti tal-ħajja.

'Dak li jġibna lkoll flimkien hu li kulħadd hawnhekk, kull persuna li hi waħda hawnhekk, hija iben Alla,' huwa qal. ' Kull persuna waħda hawnhekk għandha l-opportunità li tkun iben il-patt, u lkoll kemm aħna nistgħu nagħmlu li nistgħu biex inkunu dixxipli ta' Ġesù Kristu.'

Meta kien qed jirrifletti dwar id-dehra ta' aktar minn 1,500 adult żagħżugħ miġbura minn madwar l-Ewropa, il-Presbiteru Gilbert innota li filwaqt li parteċipanti ġew minn pajjiżi, kulturi u sfondi differenti, huma kienu magħqudin permezz ta' fidi komuni f'Ġesù Kristu.

Meta kien qed jitkellem dwar l-indirizz tal-President Nelson Għażliet għall-Eternità, huwa għallem li l-għarfien tal-identità divina ta' dak li jkun jipprovdilu direzzjoni u għan fil-ħajja. 'Ħafna għażliet isiru aktar faċli jekk tkunu tafu min intom,' huwa qal.

Huwa ħeġġeġ lill-adulti żgħażagħ biex jiftakru li l-identitajiet ibbażati fuq l-edukazzjoni, il-politika jew l-interessi personali jistgħu jinbidlu maż-żmien, iżda l-identità tagħhom bħala wlied Alla, ulied il-patt, u d-dixxipli ta' Ġesù Kristu tipprovdi pedament dejjiem.

Kif osserva l-Presbiteru Gilbert, 'Dak li jġibna lkoll flimkien' ma kienx minn fejn ġew, iżda l-fidi u l-valuri li huma qasmu ma' ħaddieħor.

Meta kien qed jindirizza lill-adulti żgħażagħ, Alan Pace, Chairman of Burnley Football Club, irringrazzja lill-parteċipanti għall-kontribut tagħhom fil-komunità lokali u ħeġġiġhom biex jibqgħu impenjati lejn l-għanijiet u l-fidi tagħhom tul ħajjithom.

'Jekk jogħġobkom agħmlu dak kollu li intom possibbilment tistgħu tagħmlu biex tgħixu l-ħolm tagħkom,' huwa qal. ' Peress li l-affarijiet bħal dan jaslu meta ngħixu dak il-ħolm.'

Filwaqt li ħa spunt minn esperjenza miż-żgħożija tiegħu, Pace qabbel il-ħajja u d-dixxipulat ma' meta kien qed jitla' fuq muntanja: 'Bħala tfal, tgħallimt li kont inħobb muntanji jilagħbu. Fil-vjaġġ lejn il-quċċata, spiss kont nieqaf għaliex ma kontx inkun ċert li vera lest li nasal sa hemm fuq. Xi kultant il-mexxejja tiegħi kienu jħeġġuni biex jgħinuni nifhem li kont għadni rrid inkompli għaddej f'dak il-vjaġġ.Intom għandkom iċ-ċans li tisimgħu lil Appostlu tal-Mulej [din it-tmiem il-ġimgħa], biex iħeġġiġkom tibqgħu f'dak il-vjaġġ lura lejn Missierkom fis-Smewwiet. Ħudu dak l-inkuraġġiment f'qalbkom. Huwa qed jgħidilkom bis-serjetà. Missierkom fis-Smewwiet irid li kull wieħed u waħda minnkom jerġgħu lura miegħu.'

One-by-One: Inħarsu lejn il-Valur ta' Kull Iben Alla

Karatteristika importantii tal-konferenza kienet l-irwol sinifikanti li l-adulti żgħażagħ infushom kienu qed jippjanaw u jwasslu l-avveniment. Għexieren ta' voluntiera taw għadd kbir ta' sigħat biex jorganizzaw attivitajiet, jikkoordinaw il-loġistika u joħolqu opportunitajiet għal ħaddieħor biex jikkonnettja, iqim u jservi.

'Dak li impressjonani l-aktar hu li nara lill-adulti żgħażagħ mhux biss jattendu, iżda jmexxu din il-konferenza,' qal il-Presbiteru Scott Spencer, Sebgħin Reġjonali b'responsabbiltà għall-konferenzi tal-Adulti Żgħażagħ fir-Reġjun tat-Tramuntana tal-Ewropa. 'Għexieren ta' adulti żgħażagħ taw minn jeddhom għadd kbir ta' sigħat biex jippjanaw, jorganizzaw u jwasslu dan l-avveniment, u ħolqu esperjenza li ssaħħet il-fidi, bniet ċerti ħbieb u għenet lil ħafna jħossuhom li huma jappartjenu.'

Huwa kompla: 'Nemmen li ħafna se jħallu dan il-post b'kunfidenza akbar fir-relazzjoni tagħhom ma' Ġesù Kristu u fl-abbiltà tagħhom li jbierku l-ħajja ta' ħaddieħor.'

Sister Emma Wade, Konsulent tal-Organizzazzjoni Reġjonali fir-Reġjun tal-Ewropa tat-Tramuntana, qalet li waħda mill-aktar aspetti qawwija tal-konferenza kienet li tara adulti żgħażagħ minn ġnus u sfondi differenti jingħaqdu flimkien fil-fidi.

'Huma qamu flimkien, servew flimkien u ffurmaw ħbieb lilhinn mill-konfini nazzjonali, kulturali u lingwistiċi,' hija qalet. ' L-esperjenza wriet li l-fidi f'Ġesù Kristu għandha l-qawwa li tgħolli lin-nies u toħloq influwenza pożittiva dejjiema f'ħajjithom.'

Il-Presbiteru Alan Phillips tal-Presidenza Reġjonali tal-Ewropa tat-Tramuntana qal li l-AŻS huma l-futur tal-Knisja fl-Ewropa. 'Peress li servejt magħhom fl-GħSŻ għal snin sħaħ, din rajtha mill-qrib. Huma jmexxu, jgħallmu, iservu, u jiġġudikaw b'modi li qatt ma rajna qabel. Ħafna servew missjonijiet u huma lesti biex jgħinu jmexxu l-Knisja llum.'

'Aħna nħeġġu lill-mexxejja tal-qasam u tal-pal biex jagħrfu l-potenzjal tagħhom. Jekk tistgħu taraw dak li rajna fi tmiem il-ġimgħa, intom tpoġġu kull AŻS fuq quddiemnett ta' din il-ħidma kbira.Neħtiġuhom fil-Veskovati, fil-Presidenzi tas-Soċjetà tas-Solliev, u fil-Kunsilli tal-Pal.'

Meta kien qed jirrifletti dwar il-konferenza, il-Presbiteru Phillips qal: 'Dik li rajna fi tmiem din il-ġimgħa hija ġenerazzjoni meraviljuża ta' adulti żgħażagħ li jagħżlu l-fidi, is-servizz u d-dixxipulat. Il-ħbiberiji ffurmati, is-servizz offrut u l-esperjenzi spiritwali li qasmu bejniethom se jkomplu ħafna wara li tintemm il-konferenza. Nittamaw li dawn l-adulti żgħażagħ jerġgħu lura d-dar imsaħħa fl-impenn tagħhom lejn Ġesù Kristu u ispirati li jbierku lill-familji, lill-kongregazzjonijiet u lill-komunitajiet tagħhom: wieħed wieħed.'

Mit-Tempju ta' Preston England sa Burnley Football Club, il-konferenza kienet tirrifletti t-tema ċentrali tagħha, One-by-One: li kull persuna hija iben għażiż ta' Alla b'potenzjal divin, u dik il-bidla dejjiema ħafna drabi tibda permezz ta' atti individwali ta' fidi, servizz u ħbiberija.