Il-Presbiteru Gerrit W. Gong tal-Kworum ta’ Tnax-il Appostlu tal-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien temm il-ġita ta’ ministeru tiegħu fl-Ewropa Ċentrali bejn il-5 u l-15 ta’ Ġunju 2025, fejn ispira eluf ta’ nies u saħħaħ ir-rabtiet ma’ mexxejja ċiviċi u reliġjużi f’diversi pajjiżi tal-Balkani. Il-vjaġġ tiegħu inkluda wkoll żjarat fil-Ġermanja u l-Iżvizzera.

Il-Presbiteru Gerrit W. Gong, tal-Kworum tat-Tnax-il Appostlu tal-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien, jiltaqa’ mas-Sinjura Silda Cepe, Deputat Ministru għall-Ewropa u l-Affarijiet Barranin tal-Gvern tal-Albanija, f’Tirana, l-Albanija fid-9 ta’ Ġunju 2025. Il-Presbiteru Gong kien akkumpanjat mill-Presbiteru Rubén V. Alliaud, President tar-Reġjun tal-Ewropa Ċentrali tal-Knisja u mill-President tal-Missjoni ta’ Tirana fl-Albanija, Michael P Auras.


Il-Presbiteru Gerrit W. Gong, tat-Tnax-il Appostlu tal-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien, jiltaqa’ mas-Sur Zoran Dimitrovski, Deputat Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Gvern tal-Maċedonja ta’ Fuq, fi Skopje, fl-10 ta’ Ġunju 2025. Il-Presbiteru Gong kien akkumpanjat mill-Presbiteru Rubén V. Alliaud, President tar-Reġjun tal-Ewropa Ċentrali tal-Knisja u mill-President tal-Missjoni ta’ Tirana fl-Albanija, Michael P Auras.


Il-Presbiteru Gerrit W. Gong, tat-Tnax-il Appostlu tal-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien, jiltaqa’ mal-Gran Mufti tal-Kosovo, Sheik Naim Ternava, li jissorvelja l-komunità Islamika fil-pajjiż. Il-laqgħa saret fi Pristina, il-Kosovo, fil-11 ta’ Ġunju, 2025. Il-Presbiteru Gong kien akkumpanjat mill-Presbiteru Rubén V. Alliaud, President tar-Reġjun tal-Ewropa Ċentrali tal-Knisja u mill-President tal-Missjoni ta’ Tirana fl-Albanija, Michael P Auras.


Il-Presbiteru Gerrit W. Gong iltaqa’ ma’ diversi membri, inklużi Adulti Żgħażagħ, fit-Tempju ta’ Bern, l-Iżvizzera nhar il-Ħamis, 12 ta’ Ġunju, 2025.


Il-Presbiteru Gerrit W. Gong iltaqa’ ma’ diversi membri, inklużi Adulti Żgħażagħ, fit-Tempju ta’ Bern, l-Iżvizzera nhar il-Ħamis, 12 ta’ Ġunju, 2025.


Il-Presbiteru Gerrit W. Gong jitkellem f’Konferenza Speċjali tal-Wited ġewwa Munich, il-Ġermanja nhar il-Ħadd, 15 ta’ Ġunju, 2025.


Il-Presbiteru Gerrit W. Gong jilqa’ lill-viżitaturi f’Konferenza Speċjali tal-Wited ġewwa Munich, il-Ġermanja nhar il-Ħadd, 15 ta’ Ġunju, 2025.


Aktar minn 3000 viżitatur minn madwar Frankfurt, Friedrichsdorf, Heidelberg u Kaiserslautern jiltaqgħu għal Konferenza għal diversi utied f’Wiesbaden, il-Ġermanja nhar il-Ħadd, 8 ta’ Ġunju, 2025.


Il-Presbiteru Gerrit W. Gong jilqa’ lill-viżitaturi f’Konferenza għal diversi utied f’Wiesbaden, il-Ġermanja nhar il-Ħadd, 8 ta’ Ġunju, 2025.

Il-Ġermanja: Messaġġi ta’ Appartenenza u Tama
Il-Presbiteru Gong beda ż-żjara tiegħu b’konferenza multireġjonali f’Wiesbaden, il-Ġermanja, fejn attendew aktar minn 3,000 membru u ħbieb tal-Knisja. Huwa għallem, bl-użu ta’ espressjonijiet Ġermaniżi ta’ appartenenza u paċi, li l-evanġelju rrestawrat huwa dar għal kulħadd u ħadd m’għandu joqgħod bilqiegħda waħdu waħdu — la fil-knisja u lanqas fil-ħajja.
Tista’ taqra l-artiklu sħiħ dwar iż-żjara tiegħu f’Wiesbaden hawnhekk.
Dan l-istess spirtu kompla f’konferenza speċjali tal-wited li saret fiċ-Ċentru tal-Kungress tax-Xjenza ta’ Munich fil-15 ta’ Ġunju, b’aktar minn 1,000 parteċipant miż-żoni ta’ Munich u Salzburg. Il-Presbiteru Gong stieden lil kulħadd biex iwiegħed li jkun lest li jilqa’ b’imħabba lil kull minn jatenddi—bħas-Samaritan it-Tajjeb li żgura li ħadd ma jibqa’ waħdu. Il-Presbiteru Gong kien akkumpanjat minn martu, Sister Susan Gong, kif ukoll mil- Presbiteru Jack N. Gerard tal- Presidenza Reġjonali tal-Ewropa Ċentrali u martu, Claudette. Mexxejja oħra preżenti kienu l-Presbiteru Yves Weidmann mis-Sebgħin Reġjonali; President u Sister Bates, il-Mexxejja tal-Missjoni Alpina li titkellem bil-Ġermaniż; kif ukoll il- Presidenti tal-Wited għar-reġjuni mistiedna, President Jendrik Hasse minn Munich u President David Roth minn Salzburg.
L-Albanija, il-Maċedonja ta’ Fuq, u l-Kosovo: Insaħħu l-Ħbiberiji u s-Servizz
F’Tirana, il-Presbiteru Gong iltaqa’ ma’ Ms. Silda Cepe, id-Deputat Ministru tal-Albanija għall-Ewropa u l-Affarijiet Barranin, biex jesprimi gratitudni għal-libertà reliġjuża u jiddiskuti l-bini ta’ komunitajiet b’saħħithom u responsabbli. Imbagħad ħeġġeġ lill-membri lokali biex isaħħu l-familji u jaqsmu d-dawl ta’ Kristu.
Fi Skopje, fil-Maċedonja ta’ Fuq, il-Presbiteru Gong żar sptar ewlieni fejn donazzjonijiet tal-Knisja salvaw ħajjiet u ħabbar aktar appoġġ għall-espansjoni tal-kura ta’ emerġenza. Huwa ltaqa’ wkoll mas-Sur Zoran Dimitrovski, id-Deputat Ministru tal-Affarijiet Barranin, fejn enfasizza l-kollaborazzjoni tal-Knisja mal-istituzzjonijiet lokali u l-enfasi tagħha fuq il-kultivazzjoni ta’ żgħażagħ responsabbli u li josservaw il-liġi.
Fil-Kosovo, il-Presbiteru Gong kellu diskussjonijiet riflessivi ma’ Sheikh Naim Ternava, il-Gran Mufti u l-mexxej spiritwali tal-komunità Iżlamika fil-pajjiż, kif ukoll mas-Sur Albin Kurti, il-Prim Ministru, dwar kif jgħin liż-żgħażagħ jinnavigaw l-isfidi moderni bil-fidi, l-edukazzjoni, u l-identità tal-familja.
Devozzjonali lokali inkludiet mument kommoventi fejn il-Presbiteru Gong sellem lil żagħżugħ agħma, billi bil-mod ggwida jdejn l-individwu lejn wiċċu - u b’hekk ippermettielu “jara” permezz tal-kuntatt. Il-ġest ġab ferħ u qima, billi rriflettiet il-kompassjoni li dehret fil-ministeru tas-Salvatur u ħalla warajh imħabba u tama dejjiema.
Rapport sħiħ dwar iż-żjarat tal-Presbiteru Gong fl-Albanija, il-Maċedonja ta’ Fuq, u l-Kosovo jista’ jinqara hawn.
Messaġġi ta’ Tama u Tħejjija għan-Nies mill-Iżvizzera, l-Awstrija u n-Nofsinhar tal-Ġermanja:
Matul iż-żjara tagħhom fl-Iżvizzera, il-Presbiteru u Sister Gong iltaqgħu ma’ bosta membri, inklużi Adulti Żgħażagħ, għal devozzjonali speċjali fit-Tempju ta’ Bern, fl-Iżvizzera.
Fil-Ġermanja, matul il-konferenza tal-wited ta’ Munich, Sister Gong qasmet il-kunċett tal-Kintsugi — l-arti Ġappuniża tat-tiswija tad-deheb — fejn għallmet li meta xi ħaġa mkissra tissewwa b’attenzjoni, issir aktar sabiħa u prezzjuża. Bl-istess mod, il-ġrieħi tagħna li sfaw imfejqa jistgħu jagħmluna aktar sbieħ u b’saħħitna.
Il-Presbiteru Gerard fakkar lill-udjenza kemm hi barka li nisimgħu leħen il-Mulej permezz tal-qaddej magħżul tiegħu u tkellem dwar il-qawwa tat-talb sinċier — u l-importanza li nisimgħu fis-skiet għat-tweġibiet tiegħu, l-istess bħalma għamel it-tfajjel Joseph Smith meta xehed, “Sirt naf għalija nnifsi.”
Sister Gerard stiednet lil kulħadd biex iħejji spiritwalment għat-tempju l-ġdid fi Vjenna, l-Awstrija, filwaqt li ħeġġet lil kulħadd biex jersaq fiżikament u spiritwalment eqreb lejn il-Mulej.
Kelliema oħra, inkluż il-President Jendrik Hasse u l-President David Roth, xehdu li l-ebda sitwazzjoni mhi wisq bla tama biex nindmu u li permezz ta’ Kristu, l-ilsiera jinħelsu hekk kif inħallu lil Alla jiddomina f’ħajjitna. Huma ħeġġew lil dawk li attendew biex jeżaminaw jekk l-azzjonijiet tagħhom ta’ kuljum iwasslux għal-libertà spiritwali jew għal-jasar.
Tul il-ministeru tiegħu ta’ 10 ijiem, il-messaġġ tal-Presbiteru Gong kien konsistenti: l-evanġelju ta’ Ġesù Kristu joffri appartenenza, tama, u refuġju għal kulħadd — u lkoll kemm aħna nistgħu ngħinu biex niżgura li ħadd ma jimxi t-triq tal-ħajja waħdu.