Belt ta’ Salt Lake

L-Ewwel Presidenza Tħabbar il-Konferenza Ġenerali April 2025

Ix-xandira globali annwali tikkonsisti minn ħames sessjonijiet uniċi ta’ sagħtejn il-waħda, nhar is-Sibt, 5 ta’ April, u l-Ħadd, 6 ta’ April

L-Ewwel Presidenza tal-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien ħabbret il-195 Konferenza Ġenerali Annwali li se tittella’ nhar is-Sibt, 5 ta’ April, u l-Ħadd, 6 ta’ April, 2025.

The First Presidency
Il-President Russell M. Nelson (ċentru) wieqaf mal-kunsilliera tiegħu, il-President Dallin H. Oaks (xellug) u l-President Henry B. Eyring (lemin), qabel is-sessjoni tal-Ħadd wara nofsinhar tal-konferenza ġenerali fiċ-Ċentru għall-Konferenza fil-Belt ta’ Salt Lake, Utah, nhar is-6 ta’ Ottubru, 2024.

“Il-konferenza ġenerali tipprovdilna opportunità li nirċievu rivelazzjoni personali hekk kif mexxejja ġenerali tal-Knisja jagħtuna ċerti pariri u direzzjoni mill-Mulej,” iddikkjarat ittra tal-Ewwel Presidenza lill-mexxejja tal-kongregazzjoni, li ġġib id-data tas-6 ta’ Marzu, 2025, li għandha tinqara b’leħen għoli fil-laqgħa tas-sagrament. “Aħna nħeġġu lil kulħadd biex jisma’, jistudja, jixtarr u japplika l-parir li jingħata. Il-messaġġi se jkunu ppubblikati fl-app tal-Librerija tal-Evanġelju, fuq is-sit ChurchofJesusChrist.org, u fir-rivisti tal-Knisja biex wara wieħed ikun jista’ jarahom u jistudjahom.”

Resurrected Christ
Is-Salvatur, Ġesù Kristu, imqajjem mill-imwiet, fid-daħla tal-Qabar tal-Ġnien fil-pittura “Huwa Jgħix” ta’ Simon Dewey.

L- avviż tal-avveniment tal-konferenza mill-Knisja jiddikjara, “L-evanġelju ta’ Ġesù Kristu jgħallem li Huwa jgħid u li Alla jħobb, jisma’ u jkellem lil uliedu. Il-gwida u l-ispirazzjoni personalizzata tiegħu nistgħu nesperjenzawha permezz tal-parir li ningħataw mill-profeti, mill-appostli, u mill-mexxejja ħajjin [...].

“Nilqgħukom ilkoll u nistednukom biex tisimgħu messaġġi ta’ tama, ta’ paċi, u tal-hena tal-ħajja ta’ dejjem li saret possibbli permezz tas-sagrifiċċju espjatorju u l-Qawmien ta’ Ġesù Kristu, waqt ix-xandira annwali tal-konferenza ġenerali.”

Ix-xandira globali, li se tixxandar miċ-Ċentru għall-Konferenza fil-Belt ta’ Salt Lake, tikkonsisti minn ħames sessjonijiet uniċi ta’ sagħtejn il-waħda:

Is-Sibt, 5 ta’ April 
Sessjoni ta’ filgħodu: 10 a.m. sa’ nofsinhar*
Sessjoni ta’ wara nofsinhar: 2 p.m. sal-4 p.m.
Sessjoni ta’ filgħaxija: 6 p.m. sas-7:30 p.m.

Il-Ħadd, 6 ta’ April
Sessjoni ta’ filgħodu: 10 a.m. sa’ nofsinhar
Sessjoni ta’ wara nofsinhar: 2 p.m. sal-4 p.m.

*Il-ħinijiet indikati huma ħin Amerikan tan-naħa tal-punent (MDT)

Is-sessjonijiet tal-konferenza kollha se jixxandru b’mod dirett fuq il-paġna tax-xandiriet ta’ ChurchofJesusChrist.org bi 80 lingwa differenti. Il-parteċipanti jistgħu jsegwu u jisimgħu wkoll fuq General Conference YouTube channel b’14-il lingwa differenti, fuq l-app Gospel Stream bi 11-il lingwa differenti, fil- Librerija tal-Evanġelju b’80 lingwa differenti, u fuq kanali oħra tar-radju, tat-televiżjoni, bis-satellita u diġitali.

Wara x-xandira, il-messaġġi se jkunu disponibbli bħala test, awdjo u vidjo fuq diversi kanali b’98 lingwa differenti biex meta jrid wieħed jista’ jsegwihom u jistudjahom.   Dawn il-kanali jinkludu Il-Librerija tal-Evanġelju, Media Library, il- General Conference YouTube channel, Gospel Stream u r- rivisti tal-Knisja.

Riżorsi tal-Konferenza