L-Ewwel Presidenza Tħabbar l-Essajnments tat-Tmexxija tar-Reġjun għall-2024

It-tibdiliet jiġu fis-seħħ fl-1 ta’ Awwissu

L-Ewwel Presidenza tal-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien ħabbret l-essajnments tat-tmexxija tar-reġjun għas-sena 2024–2025.  It-tibdiliet li jidhru hawn taħt jaffettwaw il-presidenzi tar-reġjun u l-Presidenza tas-Sebgħin u se jiġu fis-seħħ fl-1 ta’ Awwissu, 2024.

Iddawnlowdja PDF tal-essajnments tat-tmexxja tar-reġjun. (bl-Ingliż biss)

L-Ewwel Presidenza u l-Kworum tat-Tnax jippresedu fuq l-affarijiet kollha tal-Knisja.  Il-membri tarl-presidenzi tar-reġjun huma l-Awtorità Ġenerali tas-Sebgħin jew r-Reġjun Sebgħin. Il-presidenzi tar-reġjun jikkonsistu fi president u żewġ konsulenti li joperaw mill-uffiċċji tar-reġjun f’kull reġjun assenjat.

Hemm 23 reġjun fil-Knisja ta’ Ġesù Kristu – sitta jinfirxu mal-Istat Uniti u l-Kanada, u 17-il reġjun addizzjonali lil hinn minn dawk iż-żewġ pajjiżi.

Mill-1984, bdew jiġu stabbiliti reġjuni biex jidderieġu l-ħidma fil-lokalitajiet ġeografiċi tal-Knisja globali.  Il-presidenzi tar-reġjun ta-Istat Uniti u l-Kanada jaħdmu mill-kwartieri ewlenin fil-Belt ta’ Salt Lake, Utah.  Ir-Reġjun tal-Lvant Nofsani u t-Tramuntana tal-Knisja huwa wkoll amministrat mill-kwartieri ewlenin.

”Is-Sebgħin għandhom jaġixxu f’isem il-Mulej, taħt id-direzzjoni tat-Tnax … biex jibnu l-Knisja u jirregolizzaw l-affarjiet kollha tagħha fin-nazzjonijiet kollha” (ara Duttrina u Patti 107:34).

Il-Presidenza tas-Sebgħin

Il-Presidenza tas-Sebgħin għall-2024-2025, mix-xellug għal-lemin: Il-Presbiteru Carl B. Cook, il-Presbiteru José A. Teixeira, il-Presbiteru S. Mark Palmer, il-Presbiteru Marcus B. Nash, il-Presbiteru Michael T. Ringwood, il-Presbiteru Arnulfo Valenzuela u l-Presbiteru Edward Dube.

Il-Presidenzi tar-Reġjun

EWROPA ĊENTRALI

Il-Presidenza tar-Reġjuntal-Ewropa Ċentrali għall-2024-2025, mix-xellug għal-lemin: Il-Presbiteru Jack N. Gerard, l-Ewwel Konsulent; il-Presbiteru Rubén V. Alliaud, President; u l-President James W. McConkie III, it-Tieni Konsulent.

TRAMUNTANA TAL-EWROPA

Il-Presidenza tar-Reġjun tat-Tramuntana tal-Ewropa għall-2024-2025, mix-xellug għal-lemin: Il-Presbiteru Marcos A. Aidukaitis, l-Ewwel Konsulent; Scott D. Whiting, President; u l-Presbiteru Alan T. Phillips, it-Tieni Konsulent.

Bħalissa, l-Ukrajna u l-Moldova huma taħt il-ħarsien tal-Presbiteru Kyrylo Pokhylko, Sebgħin Reġjonali, fl-irwol tiegħu bħala assistent tal-Presidenza tar-Reġjun tat-Tramuntana tal-Ewropa.

EWROASJA

Il-Presidenza tar-Reġjun tal-Ewroasja għall-2024-2025, mix-xellug għal-lemin: Il-Presbiteru Nikolai Ustyuzahaninov, l-Ewwel Konsulent; il-Presbiteru Alexey V. Samaykin, President; u l-President Aleksandr A. Drachyov, it-Tieni Konsulent. Kollha huma Sebgħinijiet Reġjonali.