L-Ewwel Presidenza tal-Knisja ta’ Ġesù ħarġet l-istqarrija li ġejja:
“Aħna qed ningħaqdu mad-dinja fin-niket għall-mewt tal-Qdusija Tiegħu, il-Papa Franġisku. It-tmexxija tiegħu, qalbiena u mimlija ħniena, bierket ħajjiet bla għadd.Minn qalbna noffru l-kondoljanzi tagħna lil dawk kollha li kienu jħarsu lejh għall-ispirazzjoni u l-kunsill. Waqt li d-dinja tieqaf biex tiftakar l-eżempju tiegħu tal-maħfra u s-servizz, aħna nħossu gratitudni profonda għat-tjubija ta’ ħajja mgħajxa tant tajjeb u nifirħu fit-tama ta’ qawmien glorjuż li sar possibbli permezz tas-ssagrifiċċju espjatorju ta’ Ġesù Kristu.”
Fl-2019, il-President Russell M. Nelson ltaqa’ mal-Papa Franġisku ġewwa l-Vatikan f’dik li kienet l-ewwel laqgħa tax-xorti tagħha. Dwar dik il-laqgħa, il-President Nelson qal, “Kellna esperjenza mill-iktar kordjali u memorabbli mal-Qdusija Tiegħu. Kien mill-iktar grazzjuż u ġentili u akkoljenti. Kemm hu raġel doċli u tal-għaġeb, u x-xorti għandhom in-nies Kattoliċi li għandhom mexxej daqstant grazzjuż, ikkonċernat, li jaf iħobb, u ta’ ħila.”

Il-Papa Franġisku jilqa’ lill-President Russell M. Nelson fil-Vatikan nhar is-Sibt, 9 ta’ Marzu, 2019.


Il-President Russell M. Nelson jifraħ bil-Papa Franġisku fil-Vatikan ġewwa Ruma, l-Italja, nhar is-Sibt, 9 ta’ Marzu, 2019.


Il-President Russell M. Nelson jippreżenta lill-Papa Franġisku bi statwa żgħira tal-Christus u kopja fi gwarniċ tal-proklamazzjoni tal-Knisja dwar il-familja. Il-President Nelson u ll-President M. Russell Ballard ltaqgħu mal-Papa nhar is-Sibt, 9 ta’ Marzu, 2019.


Il-Papa Franġisku jifraħ bil-President Henry B. Eyring fis-Sala tas-Sinodu fil-Belt tal-Vatikan waqt li jibda kollokju dwar iż-żwieġ. Mexxejja u skulari reliġjużi li jirrappreżentaw 14-il tradizzjoni reliġjuża minn 23 pajjiż ingħaqdu flimkien ġewwa l-Vatikan bejn is-17 u d-19 ta’ Novembru, 2014, f’laqgħa storika organizzata mill-Knisja Kattolika biex tiddiskuti kif l-irġiel u n-nisa jikkumplimentaw lil xulxin fiż-żwieġ.
