Belt ta’ Salt Lake

L-Ewwel Presidenza Toffri Messaġġ ta’ Rieda Tajba lill-Papa Ljun XIV

Vatican

L-Ewwel Presidenza tal-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien ħarġet din l-istqarrija nhar il-Ħamis, 8 ta’ Mejju, 2025:

'F’isem il-mexxejja u l-membri tal-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien, nestendu t-talb u l-awgurju mill-qalb lill-Papa Ljun XIV. Dan il-mument sinifikanti fiż-żmien għall-Knisja Kattolika huwa tfakkira tal-importanza dejjiema tal-fidi għan-nies kull fejn jinsabu.

“Bħala segwaċi sħabna ta’ Ġesù Kristu, inħarsu ’l quddiem għal opportunitajiet kontinwi biex naħdmu flimkien biex inbierku l-ħajja ta’ wlied Alla kullimkien. Jalla nistinkaw biex nimxu fuq l-eżempju ta’ Ġesù Kristu biex nieħdu ħsieb il-foqra u lil dawk fil-bżonn, insiru nies li jġibu l-paċi u noħolqu dinja fejn il-fidi u t-tjubija jistgħu jiffjorixxu.”