Messaġġ tat-Tmexxija tar-Reġjun

L-ewwel verità

Id-duttrina l-aktar fundamentali tagħna hija li aħna wlied Missierna fis-Smewwiet. Din ir-relazzjoni divina hija ta' importanza enormi.

Jésus avec des enfants
Il-Presbiteru Alan T. Phillips, l-Ingilterra
Il-Presbiteru Alan T. Phillips, l-Ingilterra Sebgħin Reġjonali

Is-soċjetà tipprova tikkonvinċina li l-identità u s-sens ta' valur tagħna huma b'xi mod marbutin mal-ġid materjali, mal-pożizzjonijiet ta' influwenza, u mar-rikonoxximent minn oħrajn. Hija tinkuraġġina biex niffukaw iżjed fuq 'li għandi' iktar milli fuq 'li nkun'.1 Iżda din l-attitudni spiss twassal għal ħajja ta' kompetizzjoni u paraguni, u hekk tħalli ħafna fostna anzjużi, insodisfatti, u dejjem iżjed iżolati. Huma ftit dawk li jiskansaw mill-messaġġi spissi u ma jaqtgħu xejn li aħna m'aħniex suffiċjenti u li sempliċiment ma nissodisfawx.

Din hija strateġija ta' żvijjar mill-iktar mirquma.

L-avversarju jagħraf l-importanza tal-identità u ma jridniex li niskopru jew li nagħrfu min aħna fis-sew. Iżda aħna aħna iktar minn dak li d-dinja tridna nemmnu li aħna. Forsi aħna iktar milli aħna stess nemmnu jew nirrealizzaw.

Is-Salvatur qatta' erbgħin jum u lejl fid-deżert ta' Ġuda, isum, jikkomunika ma' Missieru, u jħejji ruħu għall-missjoni propja tiegħu fuq din l-art.2 Kien f'dan iż-żmien li l-avversarju ġarrbu, billi ħajru biex jissodisfa l-aptiti fiżiċi tiegħu, ifittex ir-rikonoxximent pubbliku, u jaċċetta l-ġid tad-dinja, jew is-setgħa fost il-bnedmin.3 Iżda ikbar minn dawn it-tliet tentazzjonijiet kbar, James E. Talmage innota t-tentazzjoni, iżjed insidjuża4 mill-oħrajn, li kienet implikata fil-mistoqsija 'Jekk int l-Iben ta' Alla'.  L-avversarju ried lil Kristu jiddubita Hu min kien.

Fortunatament, huwa baqa' leali lejh innifsu u sod. Kristu kien jaf min kien.  U dan ġab lill-missjoni divina tiegħu s-setgħa, il-qawwa, l-għan, u d-direzzjoni. Nixhdu l-kobor ta' dan meta huwa jqum fis-sinagoga f'Nazaret, jikkwota lill-profeta Isaija, u bi kliem ċar u ċert iħabbar li hu Iben Alla. 5

E Vërteta e Parë

Il-kliem 'kun af lilek innifsek' (jew ‘gnoti seawton’ bil-Grieg Antik) huwa mnaqqax fid-daħla tat-Tempju ta' Apollo f'Delfi.  Dan il-mottu qasir, magħmul minn żewġ kelmiet biss, ġie diskuss minn Sokrate, Platun, Emerson, Rousseau, u ħafna oħrajn matul l-istorja. Kollha jagħrfu li hemm ċertu setgħa f'li nkunu nafu min aħna.

Bħas-Salvatur, li nkunu nafu minn fis-sewwa aħna jista' jgħin jiggwida l-imġieba u jipprovdi qawwa u direzzjoni matul ħajjitna kollha.  Dan huwa l-għala l-avversarju hu daqstant attent biex iġibna niddubitaw lilna nfusna. Id-dubju huwa għodda setgħana għalih u saħta mad-dinja kollha tal-lum. Huwa ma jridniex li jkollna qawwa, setgħa, paċi, u direzzjoni. Irid lilkom u lili li niddubitaw l-abbiltajiet tagħna, id-deċiżjonijiet tagħna, il-valur tagħna, u b'mod l-iktar speċjali, l-identità tagħna.  U apparti dan kollu, il-ħajja moderna tista' kultant ġġegħilna nħossuna megħlubin, waħedna, minsijin, mhux f'postna, u ġieli, insuffiċjenti.

Iżda meta tabilħaqq nagħrfu li aħna wlied Alla, aħna nibdew naraw lilna nfusna kif jarana Hu. Naraw it-tajjeb fina u l-potenzjal veru tagħna.  U meta nagħmlu dan, aħna naġixxu u naħsbu b'mod differenti.  Niġġudikaw inqas, naħfru iktar faċilmet, u bla ma nafu nsiru iktar inklinati li nħobbu, li nservu, li ninkuraġġixxu, u li nfarrġu lil xulxin.  L-iskop ewlieni tagħna, minn 'li għandi', jinbidel għal 'li nkun' u li nikkonnettja ma' oħrajn.  Il-Presbiteru Jeffery R. Holland għallem li l-ewwel verità kbira fl-univers hija li Alla jħobbna. Huwa jħobbna b'qalbu kollha, bla riserva jew kompromess. 6

L-ewwel verità hija qawwija. Alla jħobbkom u intom uliedu. Din hi parti mill-identità eterna tagħna. Xejn ma jista' jbiddlu dan. Il-Presbiteru Uchtdorf għallem li 'intom ulied tal-ikbar u l-iktar esseru glorjuż fl-univers. Huwa jħobbkom b'imħabba infinita.' 7

F'dinja li qed tegħreq fid-dubji, tiddubitawx fil-valur tagħkom jew dwar kif iħossu dwarkom il-Missier fis-Smewwiet.  Ippruvaw araw lil hinn mill-imperfezzjonijiet u d-dubji u agħrfu min intom verament. 8

Għan wieħed tal-ħajja huwa li tkun taf lil Alla u lil Ġesù Kristu 9.  9Imma huwa wkoll importanti li 'tkun taf  lilek innifsek' u li tagħraf l-identità divina tiegħek.

Id-duttrina l-aktar fundamentali tagħna hija li aħna wlied Missierna fis-Smewwiet. Din ir-relazzjoni divina hija ta' importanza enormi.  It-Testment il-Ġdid huwa mimli tagħlim iċċentrat fuq l-irkupru ta' dak li huwa mitluf u mill-iktar prezzjuż għalih. Il-prijorità tal-Missier u tal-Iben hija ċara. Hija dwarkom.. Intom il-ħidma tiegħu u l-glorja tiegħu. Intom l-għajn tal-hena tiegħu. U l-Espjazzjoni ta' Ġesù Kristu hija l-ikbar espressjoni ta' imħabbet Missierna fis-Smewwiet għalikom. 10

L-ewwel verità kbira hija li Alla jħobbkom. Intom uliedu u tfissru ħafna għalih. Ta' dan jien nixhed fl-isem ta' Ġesù Krsitu, Amen.


Referenzi

1 Erich Fromm (1976) To Have or to Be. L-Istat Uniti Harper & Row

2 Mattew 4:1-11

3 David O. McKay, Conference Report, Ott. 1911, p. 59.

James E. Talmage, Jesus the Christ, Kapitlu 10: In the Wilderness of Judea, 1915

5 Luqa 4:18-21

6 Il-Presbiteru Jeffrey R. Holland, L-Akbar Possessjoni, Konferenza Ġenerali, Ottubru 2021

7 Il-Presbiteru Dieter F. Uchtdorf, The Reflection in the Water, CES fireside fl-Universita' ta' Brigham Young, 1 ta' Novembru 2009.

8 Il-Presbiteru Dieter F. Uchtdorf, The Reflection in the Water, CES fireside fl-Università ta' Brigham Young, 1 ta' Novembru 2009.

9 Ġwanni 17:3

10 Ġwanni 3:1