Fil-Ħdud tal-Għid u l-Ħdud kollha li ġejjin qrib il-Milied, membri tal-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien se jattendu servizz wieħed tal-Knisja.
Laqgħa tipika ta’ Jum il-Mulej għall-membri tal-Knisja tinkludi li jattendu għal laqgħa tas-sagrament fl-ewwel siegħa u s-siegħa l-oħra jattendu l-Iskola tal-Ħadd jew klassijiet maqsuma b’diversi kworums u fi gruppi skont l-età.
Membri tal-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien fin-Norveġja jattendu laqgħa tas-sagrament tal-Ħadd.
Membri tal-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien fl-Italja jattendu laqgħa tas-sagrament tal-Ħadd.
Membri tal-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien fl-Islanda jattendu laqgħa tas-sagrament tal-Ħadd.
F’ittra ta’ nhar is-26 ta’ Jannar indirizzata lill-mexxejja ġenerali u lokali, l-Ewwel Presidenza stqarret: “Kull sena, is-servizzi u l-laqgħat tal-Knisja għandhom ikunu limitati għal-laqgħa tas-sagrament biss f’Ħadd il-Għid u nhar ta’ Ħadd qabel jew wara Jum il-Milied. Jekk il-Milied ma jkunx nhar ta’ Ħadd, il-presidenzi tal-wited u distretti jiddeċiedu jekk jagħmlux din il-laqgħa tas-sagrament qabel jew wara l-Milied.”
L-ittra tiddikjara wkoll li l-presidenti tal-wited u tad-distretti jistgħu jikkonsultaw mal-isqfijiet u l-presidenti tal-fergħat biex jaġġustaw il-ħinijiet tal-laqgħat għal dawk il-vaganzi biex jakkomodaw bl-aħjar mod il-ħtiġijiet lokali tal-membri tal-Knisja.
L-ittra ġiet iffirmata mill-President tal-Knisja Russell M. Nelson, il-President Dallin H. Oaks, l-Ewwel Kunsillier, u l-President Henry B. Eyring, it-Tieni Kunsillier.
Is-servizzi kollha tal-Ħadd tal-Knisja ta’ Ġesù Kristu huma miftuħa għall-pubbliku u kulħadd huwa mistieden jattendi.