Messaġġ mit-Tmexxija tar-Reġjun

L-Ilħuq Infinit tal-Mulej

Jien nistedinkom biex tiddokumentaw id il-Mulej f'ħajjitkom, u tibdew b'mod retrospettiv sa fejn tistgħu tiftakru

L-Ilħuq Infinit tal-Mulej
Il-Presbiteru Mark G. Stewart, ir-Renju Unit
Il-Presbiteru Mark G. Stewart, ir-Renju Unit Sebgħin Reġjonali, Reġjun tat-Tramuntana tal-Ewropa

Mument sinifikanti fil-vjaġġ personali tiegħi lejn Ġesù Kristu ra l-bidu tiegħu fi stedina li għamlilna l-President Henry B Eyring (1) fejn huwa stieden lill-udjenza biex taġixxi. 

Huwa qal, “Jien inberikkom kull jum, jekk tistaqsu fit-talb biex jintwerielkom fejn id Alla interveniet f'ħajjitkom f'dak il-jum; jien inberikkom li intom taraw li, dan se jiġi mmanefistat lilkom, li intom se taraw li Hu qed imexxikom u jiggwidakom u jerfagħkom, u li Hu jafkom”.

Din l-istedina: 'biex konxjament tiddokumentaw id il-Mulej f'ħajjitna kull jum' għamlet effett qawwi fuqi.

p3

Jien aċċettajt l-istedina u xtrajt takkwin blu ġdid li kellu jkun rekord personali prezzjuż, li jirreġistra mumenti meta rajt id il-Mulej f'ħajti. Kont għadni ma nafx kemm kellu jsir essenzjali dan it-takkwin blu żgħir, fil-vjaġġ kontinwu tiegħi biex infittex lil Ġesù Kristu.

Jien u niftakar żminijiet meta jien għaraft id il-Mulej f'ħajti, ġie f'moħħi żmien meta kelli ħdax -il sena. Kelli aċċident li nifidli l-filsa. Kelli bżonn nidħol l-isptar u, bi tħejjija għal operazzjoni, u kelli noqgħod bla ikel u xorb għal żmien li ħassejtu daqs eternità. Partikolarment niftakarni f'kamra kbira, b'sens kbir fija ta' vulerabbilità u solitidni fis-sigħat bikrin tal-għodwa.  F'qalbi tlabt għall-għajnuna biex jittaffewli l-anzjetà u l-iskumdità.  F'qasir żmien, ġiet infermiera u offrietli silġa f'faxxa tal-qotton biex inkun nista' nerdagħha.  Dan is-solliev u l-freskezza ħassejthom bħal festa lussuża.  Iktar importanti minn hekk, madanakollu, jien għaraft u rrikonoxxejt l-id tal-Mulej.

p4

Skrittura mis-Salmi kienet twettqet f'dik is-sodda tal-isptar. Dak il-lejl 'Jien fittixt il-Mulej, u weġibni, minn kull biża’ tiegħi ħelisni'. (2) Għalkemm dan jista' jidher trivjali, l-attentat tiegħi li nitlob u neżerċita l-fidi kien mismugħ.  U jien ma kontx biss ħassejt serħan fiżiku, jien ħassejt li HU kien jafni.

Mingħajr ma ntenni kull esperjenza li ddokumentajt fit-takkwin blu tiegħi, tfaċċa mudell konsistenti. Hekk kif nitlob, nemmen li se naqla', (3) u hekk kif nirrikonixxih, ir-relazzjoni tiegħu miegħu titqawwa. Dan il-mudell iggwidani u jkompli jiggwidani matul il-mard, il-provi, id-disprament, u l-uġigħ.

p5

It-Tema GħSŻ 2022 (4) tiddeskri perfettament dan il-mudell. Jien u Marti Ailsa kellna l-privileġġ li nkunu parti mis-sessjoni ta' GħSŻ f'Manchaster Scotland fl-2022.  Konna xhieda ta' dan il-mudell jaħdem fil-ħajja ta' ħafna parteċipanti.  Mara żagħżugħa ġabet magħha ħafna mistoqsijiet diffiċli lil GħSŻ, bla ebda stennija li dawn kollha se jiġu mwieġba. Hija rrakkontat bi dmugħ ta' ferħ li, matul dan l-avveniment iffukat fuq Kristu, li kull waħda mill-mistoqsijiet tagħha kienu twieġbu. Kienet taf li Hu kien jafha. Din il-mara żagħżugħa riċentament ġiet imsejħa biex isservih fil-missjoni ta' Frankfurt il-Ġermanja.

L-appostlu Pietru stedinna biex: 'kunu dejjem lesti biex tagħtu tweġiba lil kull min jitlobkom il-għala tat-tama li għandkom'. (5)

p5

Jien nistedinkom biex tiddokumentaw id il-Mulej f'ħajjitkom, u tibdew b'mod retrospettiv sa fejn tistgħu tiftakru. Ibqgħu ta' kuljum tagħrfu, tirrikonoxxu, u tirċievu l-ilquh tal-imgħallem tal-fejqan, l-istilla tiddi ta' filgħdu, Hu li hu fl-affarjiet kollha, fuq l-affarjiet kollha, permezz tal-affarjiet kollha, u madwar l-affarjiet kollha. (6)

Jien inħobbu, nadurah, niddependi fuqu, għaliex nista' niftakar bosta drabi fejn kelli konferma personali li Hu jafni u jħobbni.

F'isem Ġesù Krtistu, Ammen.


Noti:

1. Triq stabbli, u 'l fuq - Henry B Eyring, Devozzjonali BYU Idaho Settembru 2001

2. Salm 2001

3. Mattew 21:22

4. Proverbji 3:5-6

5. 1 Pietru 3:15

6. Kolossin 1:17