Messaġġ tat-Tmexxija tar-Reġjun

L-Isem ta’ Kristu u s-Sagrament

Kull ġimgħa jkollna l-opportunità li nkunu x-xhud tiegħu. Xhud ta’ ismu, isem li għandu s-setgħa.

image
Il-Presbiteru Miguel Ribeiro, il-Portugall Reġjun Sebgħin, Reġjun tal-Ewropa ta’ Fuq

Ftit tas-snin ilu qabditni sogħla mhux tas-soltu. Wara konsultazzjonijiet u mediċini, xejn ma kien jidher li qed jaħdem. Ġismi kien qed jitfarrak għal kollox. Ma stajtx norqod għal erbat ijiem. Wasal is-Sibt, imma ma kienx hemm serħan. Sibt ruħi, fis-sigħat bikrin tal-Ħadd filgħodu, nitlob bil-ħniena lill-Mulej għall-qawwa tiegħu. Minkejja dan, ma kellix mistrieħ, imma f’moħħi ġiet frażi: “Se nerġa’ niġi għandek.”

Kont naf eżatt il-kuntest ta’ din il-frażi. Kont qed naqsam mal-Qaddisin tal-Wited ta’ Oeiras fil-Portugall x’ kienet Ordinanza (Sagrament) u kif 'fl-ordinanzi tagħha, il-qawwa ta’ rieda tajba timmanifesta ruħha'(1) Bdejt billi spjegajt li s-Sagrament huwa Ordinanza, azzjoni, att, imma jsir att differenti, isir att sagru. Għaliex? L-ewwel nett, għax jirrappreżenta jew aħjar huwa simboli tas-Salvatur u l-missjoni fejjieda tiegħu; it-tieni, dawn l-atti għandhom patti assoċjati; it-tielet, huma amministrati mill-qawwa tas-saċerdozju qaddis, skont l-ordni tal-Iben ta’ Alla, u, fl-aħħar nett, huma assoċjati mal-isem ta’ Ġesù Kristu, isem li għandu l-poter.

image

Komplejt nispjega li kull biċċa Ħobż u Ilma mbierka mill-awtorità tas-Saċerdozju Qaddis tirrappreżenta l-ġisem u d-demm ta’ Kristu. Dan huwa patt ġdid (2), iżda individwali u personali ħafna. Il-President Dallin H. Oaks għallem: 'għax imkisser u mqatta’, kull biċċa ħobż

hija unika, bħalma l-individwi li jieħdu sehem minnu huma uniċi. Ilkoll kemm aħna għandna dnubiet differenti minn xiex nindmu. Ilkoll għandna ħtiġijiet differenti li rridu nsaħħuhom permezz tal-Espjazzjoni tal-Mulej Ġesu Kristu, li fih niftakru f’din l-Ordinanza '(3).

Kull biċċa ħobż tinqasam individwalment u kull tazza ilma tittieħed individwalment – hija stedina biex- “tqum u tirrikorri għandu, biex tpoġġi idejk fil-ġenb tiegħi, u wkoll li inti tħoss l-marki tal-imsiemer f’idejja u f’saqajja, biex inti tagħraf li jien l-Alla ta’ Iżrael, u l-Alla tal-art kollha, u li mitt għall-dnubiet tad-dinja” (4).

Kull ġimgħa jkollna l-opportunità li nkunu x-xhud tiegħu. Xhud ta’ ismu, isem li għandu s-setgħa.

Meta Pietru u Ġwanni fejqu “raġel zopp minn ġuf ommu” (5), “il-qassisin, u l-mexxejja tat-tempju, u s-Sadduċej, ġew fuqhom,” (6). X’ kien tant importanti li ġiegħel lil dawn il-ħakkiema tas-soċjetà reliġjuża “jinġabru flimkien”? Minn xiex beżgħu? “U meta kienu poġġewhom f’nofshom, staqsew, b’liema qawwa, jew b’liema isem, għamiltu dan?”. Pietru wieġeb: “bl-isem ta’ Ġesù Kristu”. Għalhekk, Pietru u Ġwanni kienu pprojbiti, 'biex ma jitkellmux u ma jgħallmux f’isem Ġesu '(7).

Kont sfidajt lill-Qaddisin ta’ Oeiras biex jieħdu sehem fis-sagrament bi skop ikbar, bil-wegħda li l-Mulej Ġesù kien se jerġa’ lura biex jgħinna bil-qawwa tiegħu. Issa kien imiss lili li niġi sfidat biex inpoġġi dak kollu li emmint fih għal prova.

Anki b’ġisem kompletament eżawrit u akkanit, u bl-ebda mistrieħ mis-sogħla tiegħi, iddeċidejt li nieħu sehem fis-sagrament dak il-Ħadd. Kont naf il-poter mis-sagrament: 'Agħmlu dan f’tifkira tiegħi '(8). F’dak il-jum 1 ħa sehem mis-sagrament b’qalb mimlija gratitudni għall-Iben ta’ Alla, imkebbes fi ħsibijiet tal-missjoni tiegħu fuq l-art. Xtaqt li dak il-mument ma jispiċċa qatt. Fi tmiem il-laqgħa tas-sagrament indunajt li kont waqaft nisgħol. U bqajt ma nisgħolx dik il-ġurnata kollha. Wettaqt l-inkarigi tas-servizz tiegħi, mort lura d-dar, u waqajt f’raqda profonda b’xhieda ta’ isem is-Salvatur tiegħi u s-Setgħa tiegħu li jifdi.


  1. D & C 84:20
  2. Luqa 22:30
  3. Dallin H. Oaks, messaġġ Introduttorju' (indirizz mogħti fis-seminar għall-presidenti l-ġodda tal-missjonijiet, 25 ta’ Ġunju, 2017.
  4.  3 Nefi 11:14
  5. Atti 3:1-6
  6. Atti 4:1
  7. Atti 4:18
  8. Luqa 22:19