Antakya, Provinċja ta’ Hatay

L-Isqof Waddell Iżur Żoni fit-Turkija Milqutin mit-Terremot

Il-Knisja se tipprovdi solliev addizzjonali fir-reġjun

Il-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien qed iżżid l-isforzi umanitarji tagħha fit- Turkija u s-Sirja hekk kif ir-reġjun ikompli jirkupra mit-terremoti qerrieda ta’ Frar.

“Hekk kif għaddejna mill-belt ta’ Antakya, bqajt mibluh bil-qirda kbira li rajt.   Qisni kont qed nara xi ritratti tal-bliet ibbumbardjati fit-Tieni Gwerra Dinijia. Ħassejtni nidħol f’qoxorti,” qal W. Christopher Waddell tal-Veskovat li Jippresedi, li ricentament irritorna minn żjara ta’ jumejn ġewwa t-Turkija.

L-Isqof W. Christopher Waddell u martu, Carol, jingħaqdu mal-Awtorità fuq l-Immaniġjar ta’ Diżastri u Emerġenza (AFAD) tat-Turkija f’Mejju, 2023.
L-Isqof W. Christopher Waddell u martu, Carol, jingħaqdu mal-Awtorità fuq l-Immaniġjar ta’ Diżastri u Emerġenza (AFAD) tat-Turkija f’Mejju, 2023.

“Nistgħu ngħidu li belt ta’ 400,000 ruħ m’għadhiex teżisti,” qal l-Isqof Waddell.   “Il-biċċa l-kbira tad-djar u l-fabbriki ġġarrfu.  Dawk il-djar u dak il-bini li għadhom weqfin iridu jitwaqqgħu.”

Antakya hija l-kapitali tal-Provinċja ta’ Hatay fit-tramuntana tal-pajjiż qrib il-fruntiera mas-Sirja.  Il-belt tilfet ukoll l-infrastruttura tagħha, inkluż l-ilma, l-elettriku, u s-sistemi tad-drenaġġ.

Bini mġarraf fit-Turkija wara t-terremoti ta’ Mejju, 2023.
Bini mġarraf fit-Turkija wara t-terremoti ta’ Mejju, 2023.

Wara laqgħat ma’ uffiċjali tal-Knisja mill-Ewropa u l-Afrika, l-Isqof Waddell ivvjaġġa lejn il-Lvant Nofsani ma’ martu, Carol, u rappreżentanti oħrajn mill-Knisja.  Kienu t-Turkija fl-10 u l-11 ta’ Mejju, 2023, biex jeżaminaw ir-riżultati tal-assistenza umanitarja pprovduta mill-Knisja wara t-terremoti devastanti u biex jiltaqgħu ma’ uffiċjali Torok dwar sapport addizzjonali.

Sakemm dam fil-pajjiż, huwa ltaqa’ ma’ Dr  Selami Kilic, id-Direttur Ġenerali għall-UE u Affarjiet Barranin fil-Ministeru tas-Saħħa Tork, u l-Awtorità fuq l-Immaniġjar ta’ Diżastri u Emerġenzi (AFAD) tat-Turkija, li għandha l-kwatieri għolja f’Ankara.  Dr.  Kilic esprima apprezzament sħiħ għall-assistenza tal-Knisja u qal li l-Knisja kienet waħda mill-iktar organizzazzjonijiet effiċjenti fir-rispons tagħha għat-terremoti, billi għamlet dak li qalet li se tagħmel.

Akkomodazzjonijiet temporanji għall-familji spostati fit-Turkija, Mejju, 2023.
Akkomodazzjonijiet temporanji għall-familji spostati fit-Turkija, Mejju, 2023.

“Burham Aslan and Nalan Aydin rirringrazzjaw lill-Knisja għall-għotjiet u l-għajnuna straordinarji li ġew ipprovduti permezz tal-AFAD,” żied jgħid l-Isqof Waddell.  “L-iskala tal-għajnuna kienet apprezzata ħafna wkoll.”

Il-Knisja ta’ Ġesù Kristu ma tnikkritx biex tirrispondi u ħadmet ma’ numru ta’ organizzazzjonijiet ta’ solliev fiż-żona tat-terremot minn meta seħħ id-diżastru.

L-Isqof W. Christopher Waddell fi żjara ma’ rappreżentant ta’ Turmaks, fornitur tal-klinika mobbli, Mejju, 2023.  Il-Knisja qed tipprovdi ħames kliniċi mobbli lir-reġjun.
L-Isqof W. Christopher Waddell fi żjara ma’ rappreżentant ta’ Turmaks, fornitur tal-klinika mobbli, Mejju, 2023. Il-Knisja qed tipprovdi ħames kliniċi mobbli lir-reġjun.

Matul il-ġranet li qatta’ t-Turkija, l-Isqof Waddell żar ukoll xi akkomodazzjonijiet temporanji, inkluż kamp tat-tined u kamp tal-kontejners, u klinika medika mobbli f’Payas u fabbrika tal-klinika mobbli.

Matul iż-żjara tiegħu, l-Isqof Waddell iffirma ittra ta’ donazzjoni biex jiġu pprovduti 500 akkomodazzjoni tal-kontejners għal nies spostati.  Il-kontejners huma mgħammrin b’tojlit u xawer biex il-familji jkollhom iktar privatezza milli jsibu fil-kampijiet.  Dawk li qed joqogħdu fit-tined ikollhom jużaw tolits u xawers komuni.

Bini mġarraf fit-Turkija wara t-terremoti ta’ Mejju, 2023.
Bini mġarraf fit-Turkija wara t-terremoti ta’ Mejju, 2023.

Il-Knisja qed tipprovdi wkoll kliniċi mediċi mobbli għar-reġjun.  Tliet kliniċi qed joperaw diġà, u r-raba’ waħda ħa taslilhom dalwaqt. L-Isqof Waddell sar jaf ukoll bil-ħames lokalità fejn hemm il-ħtieġa ta’ klinika medika mobbli, u dan ġie approvat meta huwa rritorna pajjiżu.  Il-lokalità hija r-raħal magħruf bħala Oguzeli fejn il-popolazzjoni, minn 10,000, kibret għal 70,000 bil-wasla tas-sopravissuti li waslu hemm ifittxu refuġju.

Barra minn dan kollu, il-Knisja se tgħin fl-ispejjeż tat-tiswijiet tal-isptar f’Gaziantep li sofra ħsarat bit-terremot.