Brussell, il-Belġju

Maħruġa xogħol artistiku tat-Tempju ta’ Brussell fil-Belġju

L-Ewwel Presidenza tal-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien għadha kemm ħarġet xogħol artistiku tat-Tempju ta’ Brussell fil-Belġju.

L-Ewwel Presidenza tal-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien għadha kemm ħarġet xogħol artistiku tat-Tempju ta’ Brussell fil-Belġju.

exterior of a building
Xogħol artistiku tan-naħa ta’ barra tat-Tempju ta’ Brussell fil-Belġju.

It-tempju se jinbena fi ħdan il-bini eżistenti f’Avenue des Arts 52, Brussell, il-Belġju. Il-pjanti jindikaw tempju b’diversi sulari ta’ madwar 25,500 pied kwadru (2370 metru kwadru), dar tal-laqgħat u faċilitajiet għall-viżitaturi. Dan se jkun l-ewwel tempju fil-belt.

a map

Il-President tal-Knisja Russell M. Nelson ħabbar dan it-tempju matul il-konferenza ġenerali ta’ April 2021.

“Issa ninsabu nibnu għall-futur!” kien qal dak inhar. “Aħna rridu nressqu d-dar tal-Mulej aktar viċin tal-membri tagħna, biex huma jkunu jistgħu jkollhom il-privileġġ sagru li jattendu t-tempju skont kemm iċ-ċirkustanzi tagħhom jippermettu.”

Illum il-ġurnata, kważi 6,700 Qaddis tal-Aħħar Żmien fi 12-il kongrazzjoni jsejħu l-Belġju bħala darhom, bosta minnhom membri tal-Knisja tat-tieni, t-tielet jew r-raba’ ġenerazzjoni.

Il-Qaddisin tal-Aħħar Żmien jqisu kull tempju bħala dar tal-Mulej u l-iktar sagru fost il-postijiet ta’ qima fid-dinja.  It-tempji huma differenti mid-djar tal-laqgħat tal-Knisja (kappelli).  Kulħadd huwa merħba bih li jattendi s-servizz ta’ qima ta’ nhar ta’ Ħadd u attivitajiet oħra ta’ matul il-ġimgħa fi djar tal-laqgħat lokali.  L-għan primarju tat-tempji huwa sabiex il-membri fidili tal-Knisja ta’ Ġesù Kristu jipparteċipaw f’ċerimonji sagri bħal żwiġijiet, li jgħaqqdu lill-familji għal dejjem, u magħmudijiet bi prokura f’isem antenati mejtin li ma kellhomx l-opportunità li jiġu mgħammdin matul ħajjithom.