Messaġġ mit-Tmexxija tar-Reġjun

Maħfra Ferrieħa

Il-maħfra li Alla jirrikkmandalna hija manjifika u paċifika, saħansitra liberatorja u ta’ kuraġġ.

image
Matthias A. Frost, tal-Ġermanja Reġjun Sebgħin, Reġjun Ċentrali tal-Ewropa

Il-maħfra li Alla jirrikkmandalna hija manjifika u paċifika, saħansitra liberatorja u ta’ kuraġġ. Mgħandhiex x’taqsam li nheżżu snienna, l-anqas li nibilgħu l-ħażen li ġarrabna, u lanqas mal-ġenerożità. Il-maħfra vera twessa’ l-ħarsa tagħna sabiex inkunu nistgħu nagħrfu u napprezzaw il-pjan t’Alla għalina personalment.

Ulied Ġakobb għall-ewwel kellhom l-intenzjoni li jbeżżgħu (1) lil Ġużeppi, iżda minflok tefgħuh f’ħofra vojta (2) u wara bigħuh fil-jasar minħabba r-regħba tagħhom għall-profitt (3). Fl-Eġittu, intbagħat il-ħabs minħabba l-livelli morali tiegħu (4). Ma kinitx din ir-raġuni biżżejjed biex Ġużeppi jitqarras?

image

Ġużeppi nħeles mill-ħabs għax interpreta l-ħolma tal-Fargħun ta’ seba’ snin ta’ abbundanza segwiti minn seba’ snin ta’ għaks (5). Matul is-seba’ snin ta’ abbundanza, huwa ħażen kwantitajiet enormi ta’ qamħ (6). Matul is-seba’ snin ta’ għaks “id-deżert kien fl-artijiet kollha; imma fl-art kollha tal-Eġittu kien hemm il-ħobż.” (7) Ġakobb bagħat lil uliedu l-Eġittu biex jixtru l-qamħ sabiex ikunu jistgħu jgħixu u ma jmutux (8). Malli lesta x-xirja, Ġużeppi xeħet l-flus fl-ixkejjer ta’ ħutu (9). L-għada li xtraw il-qamħ, ħutu riedu jħallsu l-prezz tax-xiri għall-ewwel xirja tal-qamħ. Madankollu, Ġużeppi pprevedihom: “Is - sliem ikun lilkom, tibżgħux: Alla tagħkom, u Alla ta’ missierkom, għax takom teżor fl-ixkejjer tagħkom: kelli fluskom.” (10) B’ mod drammatiku, Ġużeppi rnexxielu jġib lill - familja kollha tiegħu l-Eġittu. Hu rrivela lilu nnifsu lil ħutu bid-dmugħ: “Jiena Ġużeppi, ħukom li intom begħtuni għall-Eġittu. U issa la tagħlux u la tinkeddux għax begħtuni għal hawn, għax biex tibqgħu ħajjin intom Alla bagħatni hawn qabilkom. Mela, mhux intom bgħattuni hawn, imma Alla, u hu għamel minni missier il-Fargħun, sid daru kollha, u gvernatur fuq l-art kollha tal-Eġittu.”(11) Minn dakinhar, Ġużeppi kien ipprovda b’mod ġeneruż għall-familja estiża tiegħu. Wara li miet missierhom Ġakobb, ħutu beżgħu mill - vendetta tiegħu u talbu maħfra: “aħfer id-dnub tal-qaddejja ta’ Alla ta’ missierek. U Ġużeppi beka huma u jkellmuh. U Ġużeppi qalilhom: La tibżgħux, jaqaw jien flok Alla? Jekk intom ġibtuli fuqi d-deni, Alla bidlu fil-ġid, biex iżomm ħajja kotra ta’ ġnus, bħalma huma llum.” (12)

Għal Ġużeppi, il-maħfra kienet ferħ: kieku ħutu ma bigħuhx fil-jasar fl-Eġittu, qatt ma kien joħroġ fuq l-art kollha tal-Eġittu; qatt ma kien ikun jista’ jsalva l-ħajja ta’ eluf ta’ nies permess tal-ħażna tal-qamħ. Meta ħutu riedu jħallsu għall-qamħ, hu m’aċċetta l-ebda flus imma qies ir-rijunjoni ma’ ħutu bħala ħlas fis-sema. Hu lanqas biss ħa l-krettu talli rritorna l-flus bil-moħbi imma spjegahulhom bħala r-rigal t’ Alla lil ħutu. Meta rrivelalhom lilu nnifsu, hu spjega u wera apprezzament għall- pjan t’ Alla u l-inkarigi li kien ingħata (13). Għalhekk, hu ma żammx l - imġiba kiefra li kellhom ħutu kontrihom. Rah bħala bieb li minnu seta’ jkun ta’ barka għall-familja tiegħu u eluf ta’ nies oħra (14). Ġużeppi qatt ma abbanduna din il-ħarsa. Anki wara li missieru Ġakobb kien miet, hu rriafferma lil ħutu li għalkemm kienu aġixxew b’intenzjoni ħażina, b’dan Alla kien tah l-okkażjoni biex ibierek ħafna nies.

Din il-perspettiva bl-ebda mod mhi intenzjonata biex tiġġustifika, tbiegħed, jew saħansitra tappoġġa l-ħażen. Hija tassew qawwa li teħles meta nistiednu lil Alla fil-provi tagħna u nagħtuh l-okkażjoni biex ikun barka għal oħrajn permezz tal-uġigħ tagħna. Ippruvaha. Ħu deċiżjoni konxja. Jaqbillek.


(1) Ġenesi 37:17–21.

(2) Ġenesi 37:24.

(3) Ġenesi 37:26.

(4) Ġenesi 39:8-20.

(5) Ġenesi 41:29–30.

(6) Ġenesi 41:49.

(7) Ġenesi 41:54.

(8) Ġenesi 42:2.

(9) Ġenesi 42:25.

(10) Ġenesi 43:23.

(11) Ġenesi 45:4–8.

(12) Ġenesi 50:15–20.

(13) COMP. Duttrina u tal-Patt 59:21 .

(14) COMP. Mosè 5:11