Messaġġ mit-Tmexxija tar-Reġjun   

L-Ewwel Żewġ Kmandamenti

Il-Presbiteru Emanuel Petrignani, l-Italja, Is-Sebgħin tar-Reġjun Ċentrali tal-Ewropa
Il-Presbiteru Emanuel Petrignani, l-Italja Is-Sebgħin tar-Reġjun Ċentrali tal-Ewropa

Dak li jirċievi jiena lilu nagħti aktar

Waqt li kont qed inservi bħala missjunarju full-time ġewwa Franza bosta snin ilu, jien u l-kollega tiegħi ġejna mistiedna fid-dar taʼ mara Kristjana twajba. Matul konverżazzjoni sabiħa, hi esprimiet it-tħassib tagħha dwar it-tnaqqis tal-fidi fis-soċjetà. Fl-opinjoni tagħha, xi wħud mit-terminoloġija reliġjuża, bħal “indiema” jew “ubbidjenza”, kienet qed tikkontribwixxi għal dan it-tnaqqis. “In-nies jibżgħu minn dan il-kliem”, insistiet, 'u huma mbuttati 'l bogħod mir-reliġjon'.

Minn dakinhar ’l hawn, spiss irriflettejt dwar il-kliem li nużaw fil-konversazzjonijiet tagħna dwar l-evanġelju. Filwaqt li huwa veru li s-soċjetà inġenerali tista’ tara b’mod negattiv xi termini relatati mal-evanġelju, huwa minnu wkoll li l-kliem jista’ jkollu tifsira u qawwa profonda. l-istudju tal-iskrittura jiżvela li l-Mulej huwa intenzjonat dwar il-kliem li jagħżel. Hekk kif nieħdu l-ħin biex nifhmu t-tifsira tiegħu, nibdew nifhmu l-messaġġ u l-għanijiet tiegħu b’mod aktar profond. 

L-ubbidjenza hija dwar il-fiduċja u l-imħabba

Kelma li għandha tifsira u qawwa profonda, hija l-kelma 'ubbidjenza'. Il-liġi tal-ubbidjenza ngħatat lil Adam u Eva wara l-waqgħa tagħhom. Il-liġi kienet l-ewwel pass biex tagħti aċċess għall-qawwa feddejja tas-Salvatur. Kuntrarju għal dak li taħseb id-dinja, l-ubbidjenza mhix dwar ir-restrizzjoni; iżda huwa pjuttost dwar li titgħallem tafda Alla u l-parir tiegħu: “mberkin dawk li jagħtu kas tal-preċetti tiegħi u jiftħu widnejhom għall-kunsill tiegħi, għaliex huma jitgħallmu l-għerf; għaliex dak li jirċievi dan lilu jiena nagħtih aktar” (1). Hekk kif nafdaw il-Mulej, nibdew niżviluppaw relazzjoni personal miegħu u nesperjenzaw l-effett meraviljuża tal-barkiet tiegħu. Il-fiduċja fih timmotiva l-imħabba, u l-imħabba tkompli trawwem il-fiduċja. Hekk kif nobdu nisimgħu leħnu, l-imħabba tagħna tikber aktar fil-fond u r-relazzjoni tagħna miegħu ssir soda u ferrieħa.

Bidla fil-qalb

Għalija hija xi ħaġa interessanti li qabel ma ta struzzjonijiet lill-Fariżej dwar l-ewwel żewġ kmandamenti l-kbar li nħobbu lil Alla u lil għajrna (2), is-Salvatur għallem il-parabbola taż-żwieġ ta’ bin is-Sultan, u temm  billi qal “Għax ħafna huma l-imsejjħin, imma ftit il-magħżulin” (3). Fir-rivelazzjoni moderna, il-Mulej iżid aktar spjegazzjoni għal din id-dikjarazzjoni hekk kif għallem “...għalfejn mhumiex magħżulin? Għaliex qalbhom hi marbuta mal-ħwejjeġ ta’ din id-dinja, u jaspiraw għall-unuri tal-bnedmin...” (4). Hekk kif nobdu lill-Mulej u nitgħallmu nafdawh u nħobbuh, qalbna ftit ftit tibda tinbidel, u x-xewqatna jddawar l-attenzjoni lejn relazzjoni tal-patt miegħu. Fil-proċess li nitgħallmu l-ubbidjenza, aħna nitgħallmu wkoll kif ngħożżu u nieħdu ħsieb il-ħwejjeġ li huma verament importanti.

yellow paper plate with pink heart

Issiru inqas ego-ċentriċi

Hekk kif l-attenzjoni tagħna tinbidel, aħna nnaqqsu gradwalment it-tendenza naturali tagħna li nkunu egoist. Il-liġi tal-ubbidjenza qatt ma kella l-intenzjoni li toħloq pupazzi, iżda pjuttost biex tiżviluppa dixxipli li jafdaw b’għażla u jagħżlu li jħobbu lill-Mulej u lill-oħrajn. Missierna tas-Smewwiet hu perfett għaliex qalbu nbidlet. Alla hu Alla għax dejjem jagħżel it-tajjeb; Qalbu m’għadhiex tilqa’ l-ebda xewqat ħżiena, billi tagħżel kontinwament li jħobb u li jagħmel dak li hu l-aħjar għalina (5). Fi kliem il-Presbiteru Jeffrey R. Holland “L-ewwel kmandament kbir fl-eternità kollha hu li nħobbu lil Alla b’qalbna kollha, bil-qawwa tagħna kollha u b’moħħna kollu—dak huwa l-ewwel kmandament kbir. Iżda l-ewwel verità kbira fl-eternità kollha hi li Alla lilna jħobbna bil-qalb, bis-setgħa, u bil-qawwa tiegħu kollha u b’moħħu kollu. Dik l-imħabba hija l-blata tal-pedament tal-eternità, u għandha tkun il-blata tal-pedament tal-ħajja tagħna ta’ kuljum.”(6).

Jalla aħna nsibu s-saħħa biex nafdaw u nħobbu lill-Mulej billi nobdu nisimgħu leħnu. Imbagħad qlubna jinbidlu u se jesperjenzaw il-ferħ profond li jiġi milli jkollna relazzjoni personali miegħu.

 

  1. 2 Nefi 28:30
  2. Mattew 22:36-40, Luqa 10:25-37
  3. Mattew 22:14
  4. D&C 121:34- 35
  5. 2 Nefi 26:24
  6. “Għada l-Mulej se Jagħmel Ħwejjeġ tal-Għaġeb f’Nofskom”, il-Presbiteru Jeffrey R. Holland, Konferenza Ġenerali April 2016.