Fid-dinja premortali, Missierna tas-Smewwiet ħejja pjan, permezz tal-espjazzjoni ta’ Ġesù Kristu, li bih inkunu kapaċi nerġgħu lura għall-preżenza tiegħu. It-triq li twassalna lura d-darspiss tissejjaħ it-triq tal-patt, għax tagħmilha ċari t-termini u l-kundizzjonijiet għar-ritorn tagħna. Patt huwa ftehim sagru bejn Alla u persuna jew grupp taʼ nies. Alla jistabbilixxi kundizzjonijiet speċifiċi, u hu jwiegħed li jberikna hekk kif nobdu dawk il-kundizzjonijiet (1). Il-President Nelson għallem, “L-impenn tiegħek li ssegwi lis-Salvatur billi tagħmel patti miegħu u mbagħad iżżomm dawk il-patti se tiftaħ il-bieb għal kull barka spiritwali u privileġġ disponibbli għall-irġiel, nisa, u tfal kullimkien” (2).
Il-Mulej irrivela lill-Profeta Joseph Smith, “Hemm liġi, iddikjarata b’mod irrevokabbli fis-sema qabel il-pedamenti ta’ din id-dinja, li fuqha huma bbażati l-barkiet kollha – U meta niksbu xi barka mingħand Alla, ikun b’ubbidjenza għal dik il-liġi fuq li hija predikata” (3). Il-Presbiteru D. Todd Christofferson ifakkarna, “Il-patti li Alla joffri lil uliedu huma iktar minn gwida. Huma jorbtuna miegħu, u, marbuta miegħu, nistgħu negħlbu kollox” (4). Aħna mwiegħda mill-Mulej li aħna marbutin miegħu meta nagħmlu dak li jgħid hu, “imma meta ma tagħmlux dak li ngħid jien, ma jkollkom l-ebda wegħda” (5).
Matul iż-żmien Alla għamel patti mal-poplu tiegħu. Nafu li l-Mulej għamel patt ma’ Adam u Eva, profeti warajhom, u ħafna oħrajn. Fi żmienna, ħafna drabi nitkellmu dwar il-patt li Alla għamel ma’ Abraham, il-Patt Abrahamiku. Alla wiegħed li se jbierek lil Abraham u lil ġenerazzjoni ta warajh, “bil-barkiet tal-Evanġelju, li huma l-barkiet tas-salvazzjoni, saħansitra tal-ħajja ta’ dejjem” (6).
Bħala werrieta tal-Patt Abrahamiku, għandna r-responsabbiltà li nwasslu l-evanġelju lin-nies tad-dinja kollha, li nistiednu lill-oħrajn biex jiġu għand Kristu, u li jkunu marbuta miegħu. Li tistieden lill-oħrajn lejn Kristu hija stedina biex nidħlu fit-triq tal-patt, biex niftħu l-bieb permezz tal-“patt tal-magħmudija għal kull barka,” u fl-aħħar mill-aħħar nirċievu l-akbar fost id-doni kollha ta’ Alla, id-don tal-ħajja ta’ dejjem (7).
Il-barkiet li Alla wiegħed lil Abraham u lill-ġenerazzjoni tiegħu dwar il-ġabra ta’ l-aħħar żmien qed jitwettqu fi żmienna. Il-President Nelson iddikjara, “Il-ġabra hija l-iktar ħaġa importanti li qed isseħħ fid-dinja llum. L-ebda ħaġa ma tista’ titqabbel fil-kobor, fl-importanza, u fil-maestà.” “Kull meta tagħmel xi ħaġa li tgħin lil xi ħadd – fuq kull naħa tal-velu – agħmel pass biex tagħmel patti ma’ Alla u li tirċievi l-ordinanzi essenzjali tal-magħmudija u tat-tempju tagħhom intom qed tgħinu flimkien Iżrael. Huwa sempliċi daqshekk” (8).
Kull ġimgħa ningħataw l-opportunità li nirriflettu fuq il-patti li għamilna ma’ Alla. Hekk kif nieħdu sehem mis-sagrament b’mod denju, nerġgħu nimpenjaw ruħna u nistinkaw biex niftakru dejjem f’Ġesù Kristu u nieħdu ismu fuqna. Hekk kif inżommu l-kmandamenti tiegħu, dejjem ikollna l-ispirtu tiegħu magħna (9). Huwa permezz tar-relazzjoni tal-patt tagħna ma’ Alla li aħna nsiru nafuh u nippreparaw biex nirritornawlura d-dar, biex nirċievu l-akbar don ta’ Alla. “U din hi l-ħajja ta’ dejjem, biex ikunu jafu lilek l-uniku Alla veru, u lil Ġesù Kristu, li int bgħatt” (10).
1. Librerija tal-Evanġelju, Topical Guide
2. Russell M. Nelson, “Hekk kif immorru ʼl Quddiem Flimkien”, Ensign jew Liahona April 2018, 7
3. Duttrina u Patti 130:20-21
4. D. Todd Christofferson, 'Għalfejn it-Triq tal-Patt”, Konferenza Ġenerali April 2021
5. Duttrina u Patti 82:10
6. Abraham 2:9-11
7. Duttrina u Patti 14:7
8. Russel M. Nelson, “Hope of Israel”, Devozzjonali taż-Żgħażagħ Madwar id-Dinja 3 ta’ Ġunju, 2018
9. Duttrina u Patti 20:77,79
10. Ġwanni 17:3