Salt Lake City, Utah 

Mexxej reliġjuż ta’ mitt sena jmexxi konferenza dinjija

Russell M. Nelson għadu jmexxi b’mod attiv il-fidi globali

Russell M. Nelson, profeta u mexxej tal-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien, iċċelebra għeluq il-mitt sena tiegħu fid-9 ta’ Settembru 2024. Huwa qed ikompli jmexxi l-fidi globali b’enerġija u mogħdrija. 

Russell M. Nelson ta’ 100 sena jxejjer lil dawk miġburin fiċ-Ċentru tal-Konferenza waqt sessjoni mill-Konferenza Ġenerali semi-annwali tal-Knisja.
Russell M. Nelson ta’ 100 sena jxejjer lil dawk miġburin fiċ-Ċentru tal-Konferenza waqt sessjoni mill-Konferenza Ġenerali semi-annwali tal-Knisja.

F’Ġunju li għadda, il-President Nelson tkellem fuq il-midja soċjali u stieden lin-nies biex jikkommemoraw għeluq sninu billi jimxu wara l-eżempju ta’ Ġesù u jmiddu idhom biex jgħinu lil “dak il-wieħed” fil-bżonn, filwaqt li rrefera għall-parabbola fit-Testment il-Ġdid tan-nagħġa mitlufa. Ħafna kienu dawk li qasmu l-esperjenza tagħhom ta’ meta kienu “dak il-wieħed” u ta’ meta għenu lil “dak il-wieħed” fuq il-midja soċjali, billi użaw il-hashtag #99plus1. 

It-tagħlim ta’ Ġesù Kristu huwa l-qofol ta’ kull Konferenza Ġenerali, kif muri f’din il-pittura ta’ Michael Malm.
It-tagħlim ta’ Ġesù Kristu huwa l-qofol ta’ kull Konferenza Ġenerali, kif muri f’din il-pittura ta’ Michael Malm.
Wieħed mill-iktar tempji ġodda fl-Ewropa, it-Tempju ta’ Ruma fl-Italja kien iddedikat f’Marzu 2019.
Wieħed mill-iktar tempji ġodda fl-Ewropa, it-Tempju ta’ Ruma fl-Italja kien iddedikat f’Marzu 2019.

Fil-5 u s-6 ta’ Ottubru, il-profeta ta' 100 sena se jaqsam magħna l-messaġġ ta’ tama, paċi, u mħabba fil-Konferenza Ġenerali, laqgħa dinjija tal-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien. Kulħadd merħba bih li jipparteċipa fis-sessjonijiet tal-konferenza li joriġinaw miċ-Ċentru tal-Konferenza tal-Knisja f’Salt Lake City fl-Istat Uniti, li jesa’ 21,000 sit, u li huma strimjati u mxandrin diretti f’iktar minn 70 lingwa.  

Element li jkun mistenni b’antiċipazzjoni kbira waqt il-Konferenza Ġenerali huwa t-tħabbir possibbli ta’ tempji ġodda li għandhom jinbnew mad-dinja kollha. Taħt id-direzzjoni tal-President Nelson, il-bini globali tat-tempji tal-Knisja mexa ’l quddiem b’pass mgħaġġel ħafna. Minn meta nħatar il-president tal-Knisja ta’ Ġesù f’Jannar 2018, il-President Nelson ħabbar il-lokalitajiet ta’ tempji ġodda f’kull Konferenza Ġenerali.  

Bosta tempji ġodda madwar l-Ewropa kollha tħabbru matul dak il-perjodu, f’Barċellona, Birmingham, Brussel, Budapest, Edinburgh, Hamburg, u Vjenna. Fi żmien meta xi knejjes qed jagħlqu l-bibien tagħhom, il-Knisja ta’ Ġesù Kristu qed iżżid strutturi sagri biex tilħaq il-ħtiġijiet ta’ segwaċi kollha fidi ma’ kullimkien. 

Se jingħaqdu mal-President Nelson mexxejja tal-Knisja oħrajn, irġiel u nisa, li se jitkellmu fil-ħames sessjonijiet tal-Konferenza Ġenerali. Il-mużika għall-maġġorparti tas-sessjonijiet se tkun ipprovduta minn Tabernacle Choir at Temple Square, magħruf mad-dinja kollha. 

Kif issegwi l-Konferenza Ġenerali 

Is-sessjonijiet kollha tal-konferenza se jkunu strimjati diretti fuq broadcasts.ChurchofJesusChrist.org f’iktar minn 70 lingwa. Wieħed ikun Jista’ jarahom ukoll fuq l-istazzjon fuq YouTube tal-Konferenza Ġenerali tal-Knisjau fuq stazzjonijiet oħra tar-radju, televiżjoni, satellita, u dawk diġitali.  

Wara x-xandira, il-messaġġi se jkunu disponibbli biex wieħed jarahom on-demand fuq l-istazzjon fuq YouTube tal-Konferenza Ġenerali tal-Knisja u stazzjonijiet diġitali oħrajn, kif ukoll fuq rivisti tal-Knisja. 

It-Tempju ta’ Bern fl-Isvizzera kien l-ewwel wieħed fl-Ewropa, oriġinarjament iddedikat f’Settembru 1955.
It-Tempju ta’ Bern fl-Isvizzera kien l-ewwel wieħed fl-Ewropa, oriġinarjament iddedikat f’Settembru 1955.