Fl-għoljiet tal-Balkani 'l fuq minn Skopje hemm raħal żgħir imsejjaħ Koliçan. Sa mis-snin erbgħin, tfal mir-raħal bdew jattendu skola primarja żgħira hemmhekk. Is-sitt klassijiet kienu msaħħna minn stufi individwali li jaħarqu l-injam, imqabbda kull filgħodu minn min jieħu ħsieb l-iskola. Maż-żmien, il-ħitan u s-soqfa kienu mtlew bin-nugrufun u kuljum l-arja fil-klassijiet kienet tkun mimlija duħħan.
L-istruttura tal-iskola kienet ukoll kompromettenti, bi xquq perikolużi fil-pedament. Il-ġibs fuq il-ħitan, kemm minn ġewwa kif ukoll minn barra, kienu bil-ħsara u mwaqqgħin. Kien hemm bżonn ħafna xogħol biex l-iskola tkun sigura għat-tfal li jiġu kuljum biex jitgħallmu.
Il-Presbiteru u Sister Stringham, missjunarji mill-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien innutaw is-sitwazzjoni mhux tajba għas-saħħa u fiss avviċinaw lill-prinċipal tal-iskola, u staqsewh x’jixtieq li jara jsir. B’umiltà, staqsa, “Tistaʼ tgħinna niżbgħu l-klassijiet biex neħilsu mit-tbajja tad-duħħan?” Il-missjunarji wieġbu, “Aħna nistgħu nagħmlu hekk, imma ma jkunx aħjar kieku nibdlu wkoll l-istufi qodma li jaħarqu l-injam?”
Bit-tama fuq wiċċu, staqsa, 'Tista’ tagħmel dan?'
Imbagħad, waqt li ħarsu mit-tieqa tal-klassi, il-missjunarji innutaw kenn żgħir fl-għoljiet u staqsew jekk kinux it-tojlits tal-iskola. Meta marru jiċċekkjaw il-kundizzjoni tat-tojlits– sabu żewġ toqob fl-art mingħajr ilma ġieri għall-ħasil tal-idejn.
Waqt li jaħdmu mal-familji lokali, il-missjunarji mpenjaw ruħhom li jgħinu biex jagħmlu differenza għat-tfal fl-iskola. Dak li beda bħala proġett żgħir b’xi żebgħa u xi sistemi ġodda tal-HVAC inbidel f’miraklu tar-raħal.
Il-familji tat-tfal bdew jiġu u jgħinu. Meta s-sindku tal-muniċipju sar jaf x'kien qed jiġri fl-iskola, malajr sab finanzjament muniċipali addizzjonali biex jgħin fil-proġetti meħtieġa. Hu u r-raħal kollu saru nvestew biex jagħmlu l-iskola tagħhom post sigur u ferħan għat-tfal biex jitgħallmu.
B’donazzjonijiet mill-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien, il-missjunarji bidlu l-istufi li jaħarqu l-injam b’units HVAC imdendlin mal-ħajt u żebgħu l-klassijiet.
Imbagħad wara marru jaħdmu fuq il-kmamar tal-banju ġodda. Ħaddiema lokali tal-kostruzzjoni ġew biex jgħinu, jagħtu ħinhom, xogħol u materjal. Il-kamra tal-ħażna tal-ħatab l-antika fl-iskola nbidlet f’kamra tal-banju b’ilma ġieri attwali u tojlits kif xieraq. Saru tiswijiet tal-konkos fit-taraġ, bankini u pilastri. L-iskola kollha reġgħet ġiet miksija u nżebgħet minn barra. Ġew imsewwija ċnut imkissrin u nbena ħajt ta’ żamma tal-konkos ġdid biex il-bitħa mżerżqa tkun tista’ timtela, u b’hekk ikun hemm iktar spazju tal-logħob sigur.
Student tas-sitt grad qal li ta l-flus ta’ għeluq sninu biex jgħin biex titranġa l-iskola tiegħu. Id-donazzjonijiet ġenerużi ta’ ħin, xogħol, materjal, ikel u kull ħaġa li kellhom x’joffru, qabżu kull aspettattiva.
Kulħadd fir-raħal ġie jiċċelebra l-ftuħ mill-ġdid. L-Imam tal-moskea qrib żied il-barka tiegħu. It-tfal kantaw u żifnu waqt li mużiċist daqqew çifteli tradizzjonali b’żewġ kordi, u ngħataw diskorsi ta’ gratitudni.
Meta indirizza lin-nies tal-belt, is-Sindku qal, “Illum irridu nuru li ġid bħal dan jitwettaq biss meta naħdmu flimkien mingħajr interess personali għal skop paċifiku. Dan il-jum jibqa’ mfakkar fl-istorja ta’ din l-iskola.” Huwa rringrazzja lill-missjunarji u lill-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien għall-kontribuzzjonijiet tagħhom.
Wara, hekk kif il-missjunarji ltaqgħu mal-għaqdiet lokali li għenu f’dan il-proġett tal-iskola, saru jafu li l-valur ta’ fondi addizzjonali u xogħol donat kien aktar mid-doppju ta’ dak li kkontribwiet il-Knisja.