L-Ungerija

Negozjanti nisa fl-Ungerija jħarrġu ġenituri tar-rispett

Network ta’ foster care iffukat fuq il-Kristjani

Mary’s Smile (It-Tbissima ta’ Marija),hija imwaqqfa minn nisa u ommijiet professjonisti, għandha l-għan li tistabbilixxi network ta’ foster care iffukat fuq il-Kristjani għal tfal trawmatizzati. Il-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien ħadmet ma’ Mary’s Smile biex tipprovdi fondi biex din l-organizzazzjoni tkun tista’ tqiegħed 68 tifel u tifla vulnerabbli fid-djar ta’ ġenituri tar-rispett imħarrġa f’dawn l-aħħar sitt xhur.

Il-familji huma importanti.  (Ritratt ta’ omm u tifel).
Il-familji huma importanti.

Illum fl-Ungerija, 21,000 tifel u tifla jgħixu fil-kura pprovduta mill-istat u madwar 7,000 tifel u tifla m’għandhomx familja tar-rispett. Il-kapaċità tal-orfanatrofji hija limitata minħabba li n-networks eżistenti tal-ġenituri tar-rispett ma jistgħux jirreklutaw biżżejjed ġenituri tar-rispett ġodda. Il-maġġuranza tat-tfal sofrew trawmi estremi u abbuż fil-familji oriġinali tagħhom.

Mary’s Smile tidentifika u tħarreġ ġenituri tar-rispett potenzjali biex jieħdu ħsieb dawn it-tfal u ħarrġet 40 ġenitur ġdid f’dawn l-aħħar sitt xhur.  Il-konsulenza, it-terapija u l-appoġġ professjonali kontinwu għenu lil dawn il-ġenituri tar-rispett jegħlbu d-diffikultajiet inizjali ta’ kollokament. It-terapija għat-tfal kienet ta’ suċċess ukoll.  Tifel wieħed li ma kienx jattendi l-iskola qabel it-tqegħid f’familja tar-rispett issa sar student u plejer tal-futbol eċċellenti.   

Il-fundaturi għażlu l-isem “Mary’s Smile” (It-Tbissima ta’ Marija) għax setgħu jimmaġinaw lil Marija, omm Ġesù, tħares ‘l isfel lejn xogħolhom u titbissem minħabba l-għajnuna ħanina mogħtija lit-tfal. Din l-organizzazzjoni qed tipprovdi l-kura tenera ispirata minn isimha.