Messaġġ tat-Tmexxija tar-Reġjun

Nitħejjew biex nisimgħu lill-Appostli u lill-Profeti

Meta nitħejjew bi gratitudni u b'antiċipazzjoni kollha hena hekk kif nikkondizzjonaw qalbna għall-Mulej biex jeħodha u jissiġillaha għas-sawli tiegħu hemm fuq il-Konferenzi Ġenerali jistgħu jsiru wħud mill-aqwa perjodi tas-sena

Nitħejjew biex nisimgħu lill-Appostli u lill-Profeti
Il-Presbiteru Joep Boom, l-Olanda
Il-Presbiteru Joep Boom, l-Olanda Sebgħin Reġjonali, Reġjun Ċentrali tal-Ewropa

Fil-familja multi-kulturali tagħna, aħna niċċelebraw l-festi nazzjonali Ingliżi, Irlandiżi, u Olandiżi, kollha u b'mod abbundanti.  Kirsty, il-mara tiegħi, l-hena tagħha żżejjen u ssajjar ikliet tradizzjonali tal-Halloween, ss-Sinterklass, il-Milied u ħafna iktar, u wliedna u sħabhom jogħxew fuqhom. 

Lejla minnhom Kirsty u jien konna qed niddiskutu kif stanja noħolqu esperjenza simili għal uliedna matul il-Konferenza Ġenerali.  Iddeċidejna li nintroduċu croissants magħmulin id-dar, bil-perżut u l-ġobon, bħala l-ikel speċjali tal-Konferenza Ġenerali.  Ippreparajna karti biex jingħataw il-kulur, b'suġġetti tal-evanġelju u b'logħob tal-kliem, u dan sabiex ikunu jistgħu jehdew waqt id-diskorsi tal-konferenza.  Allura fl-għodwa tal-konferenza konna lebsin pulit, daqslikieku kien il-Ħadd. Imma kellna wkoll ħafna mħadded u kutri sħan li bihom it-tfal setgħu jibnu kastelli tal-imħadded u jagħmlu l-kampijiet biex iħossu lilhom infushom komdi, siguri, u maħbubin.  Aħna ħadna pjaċir naraw il-Konferenza bħala familja u xtarrejna l-messaġġi ispirati mill-mexxejja tal-knisja waqt li r-rħa tal-croissants qed jinħmew fil-form imlitilna d-dar.  It-tfal iż-żgħar kisbu ħafna tifħir għaliex segwew sessjoni tal-Konferenza mill-bidu sal-aħħar. U stennejna ftit iktar mit-tfal il-kbar hekk kif beda jgħaddi l-ħin.  L-eċitament dwar il-Konferenza Ġenerali ġabilna lkoll ħafna hena. Issa aħna nanniet, il-gost tagħna nirċievu ritratti permezz tal-midja soċjali tan-neputijiet tagħna waqt li qed jieħdu esperjenzi simili tal-konferenza.

King Benjamin

Meta naqraw id-diskors tas-Sultan Benjamin u kif il-poplu tħejja biex jisma' kliemu (1) nistgħu nitgħallmu mill-inqas tliet affarjiet importanti.  L-ewwel, l-istedina kienet għan-nies tal-pajjiż kollu, l-istess eżatt kif l-istedina tkun għalina lkoll biex immorru u nisimgħu lill-mexxejja tal-Knisja llum.  Nistgħu nsaqsu lilna nfusna: 'kif qed naċċerta ruħi li jien qed ngħin biex din l-istedina tasal għall-membri kollha tal-qasam tiegħi u anki għal dawk il-ġirien u ħbieb tiegħi li mhumiex membri?' It-tieni, naqraw li n-nies inġabru. Illum aħna nistgħu ninġabru bħala familji jew gruppi fi djarna jew fid-djar tal-laqgħat. Il-Mulej qal, 'Għax fejn tnejn jew tlieta jiltaqgħu f'ismi, hemm inkun jiena f'nofshom.' (2) Hemm qawwa liemabħalha meta ninġabru flimkien ta' spiss. (3) U fl-aħħar, huma nġabru madwar it-tempju u ntasbu biex jisimgħu l-kliem tas-salvazzjoni. Jimporta nissuġġerixxi li nagħmlu l-istess? It-Tempju huwa l-post fejn jiltaqgħu s-smewwiet u l-art, refuġju mill-maltempati tal-biża' li għaddejjin fid-dinja li ngħixu fiha, u post fejn nistgħu nikkondizzjonaw qalbna u moħħna għal dak li hu ta' konsegwenza eterna.  Kemm hija preparazzjoni mill-aqwa għal qalbna u moħħna li nattendu fid-dar tal-Mulej u naħdmu fuq l-istorja tal-familja, u biex inkunu spiritwalment iktar allineati ħalli nirċievu l-kelma ta' Alla permezz tal-ilħna tal-qaddejja tiegħu.(4) Il-Presbiteru Robert D. Hales qal, 'Jien iwegħidkom fl-isem Tiegħu li jekk titolbu b'xewqa sinċiera li tisimgħu l-leħen ta' Missierkom fis-Smewwiet fil-messaġġi tal-konferenza, intom tiskopru li Hu tkellem biex jgħinkom, biex iqawwikom, u biex imexxikom sad-dar fil-preżenza tiegħu.' (5)

Jien nixhed li dan huwa minnu.  Meta nitħejjew bi gratitudni u b'antiċipazzjoni kollha hena hekk kif nikkondizzjonaw qalbna għall-Mulej biex jeħodha u jissiġillaha għas-sawli tiegħu hemm fuq (6) il-Konferenzi Ġenerali jistgħu jsiru wħud mill-aqwa perjodi tas-sena.  Saħansitra żmien li ma jintesiex biex ninġabru bħala familja u ħbieb u nħossuna privileġġjati biex nisimgħu mingħand il-profeta tagħna, l-appostli, u awtoritajiet ġenerali oħra li jippreparaw messaġġi ispirati biex iberkulna ħajjitna.  Din ssir ċelebrazzjoni tal-għaġeb u li tbiddel il-ħajja, biex nirċievu gwida spiritwali fuq livell personali u biex nsaħħu l-fidi tagħna fil-Mulej Ġesù Kristu.


1. Mosija 2:1, 5-6
2. Mattew 18:20
3. Moroni 6:5
4. D&C 1:38
5. April 2013 Konferenza Ġenerali, Sessjoni tas-Sibt Filgħodu
6. Innu, 'Come Thou fount of every blessing” Mużika: John Wyeth 1770-1858 & Lirika: Robert Robinson 1735-1790