
Meta darba Ġesù fejjaq raġel agħma, “beżaq fl-art, għamel minnu qisu tajn, u dilek bih għajnejn ir-raġel agħma u qallu, Mur inħasel fil-menqgħa ta’ Silwam. … Dak mar, inħasel u ġie jara.”[1]
Din il-mossa minn dejjem ġibditli l-attenzjoni. Fi żminijiet oħra, kliemu jew il-mess tal-għaġeb ta’ idu protettiva kienu biżżejjed għall-fidili biex ifiequ. Iżda f’din l-okkażjoni, Huwa għamel it-tajn mill-ħamrija u l-bżieq Tiegħu, u mbagħad, b’dan l-ingwent fejjieqi, dilek l-għajnejn tar-raġel agħmi, ġwejjed u mimli fidi, li, wara li ħasel għajnejh, seta’ jara għall-ewwel darba f’dik li s’issa kienet ħajtu mudlama.
Nistgħu nitgħallmu xi ħaġa minn dan l-avveniment mimli ħniena. Il-parti tiegħu (il-bżieq) u dik tagħna (il-ħamrija) flimkien jipproduċu tajn li jfejjaq li jgħin lil oħrajn jiksbu viżjoni spiritwali ta’ ħajjithom li se tbiddilhom għall-aħjar. Flimkien mal-Mulej, aħna parti minn dak it-tajn, li jippermetti lil uliedu jaraw kif il-Mulej jara lilhom.

Fil-ġrajja, Ġesù staqsa: “Temmen inti f’Bin il-bniedem?”[2]. Dan ir-raġel ġdid, b’opportunitajiet ġodda fil-ħajja, wieġeb, “Nemmen, Mulej. U nxteħet għarkupptejh quddiemu.”[3]
Ma nafux eżatt, iżda probabbilment li l-ħajja ta’ dan ir-raġel inbidlet kompletament meta kiseb il-vista fiżika u anki l-vista spiritwali, u ddedika ħajtu biex jemita lill-Mulej Ġesù Kristu fis-servizz tiegħu lill-proxxmu.
Hija karatteristika tad-dixxipli umli ta’ Ġesù Kristu li ma jħallux għalihom biss il-barkiet li rċevew, iżda li jaqsmuhom ma’ dawk kollha li huma lesti li jisimgħuhom u jilqgħuhom. Huma nies li jfittxu li jagħmlu t-tajjeb u li jaqsmu ma’ oħrajn l-imħabba tas-Salvatur li rċevew minn idejn l-Imgħallem tagħhom.
F’jum tax-xita, l-għażiża marti Elisa, bintna ċkejkna Beatriz, u jien konna fil-karozza tagħna, deħlin f’awtostrada, meta rajna mara anzjana, magħmula żgħira u rqiqa, miexja mal-ġenb tat-triq. Ħwejjiġha rqaq kienu għasra bix-xita qalila. Konna għaddejjin b’veloċità wisq qawwija biex nieqfu, imma ħarisna lejn xuxlin u dorna bil-karozza malajr kemm stajna. Meta wasalna ġdid ħdejn il-mara, waqqafna l-karozza, u l-mara twajba tiegħi ġriet biex tgħin l-imsejkna mara filwaqt li jien ċempilt lill-pulizija. Daħħalnieha fil-karozza, ixxuttajnieha, u għattejnieha b’kutra ħoxna. Wegħidnieha protezzjoni u sigurtà. Bqajna magħha sakemm waslu l-pulizija u, wara li interrogawna, l-uffiċjali ħaduha fil-kustodja tagħhom. Huma esprimew l-apprezzament tagħhom għal dak li konna għamilna għal din il-mara li kienet miexja b’bixra ta’ niket f’post perikoluż.
Meta komplejna l-vjaġġ tagħna, aħna konna grati lill-Mulej talli ppermettiena li nkunu idejh u li naqsmu ma’ din il-mara waħeda l-attenzjoni u t-tjubija li huwa jsawwab fuqna ta’ kuljum.
Meta aħna nagħmlu l-parti tagħna, il-Mulej jagħmel Tiegħu. Huwa jagħtina sentimenti nobbli u jerfagħna f’altitudni spiritwali li qatt ma konna immaġinajnieha. Meta nagħmlu patti sagri ma’ Missierna fis-Smewwiet, Huwa jorbotna b’mod speċjali biex jagħtina aċċess għall-qawwa tal-Espjazzjoni ta’ Ġesù Kristu. “Missierna jrid relazzjoni iktar profonda ma’ wliedu kollha rġiel u nisa, iżda hija l-għażla tagħna. Meta nagħżlu li nersqu eqreb lejh permezz ta’ patt ta’ relazzjoni, dan jippermettilu li Huwa jersaq eqreb lejna u jberikna iktar bis-sħiħ.”[4]
Hija t-talba u l-istedina tiegħi li aħna nkunu l-ħamrija li Hu uża biex ifejjaq. Jien nixhed li Ġesù Kristu huwa Fejjieq kbir ta’ ruħna. Jalla l-parti tagħna dejjem tkun unita ma’ Tiegħu, sabiex aħna nistgħu nsiru ħaġa waħda Miegħu u “nkunu bħalu.”[5]
F’isem Ġesù Kristu, Ammen.
[1] Ġwanni 9:6–7
[2] Ġwanni 9:35
[3] Ġwanni 9:37
[4] “ilbsu lil Sidna Ġesù Kristu,” J. Anette Dennis, Konferenza Ġenerali, April 2024.
[5] Moroni 7:48