https://www.instagram.com/p/DSh57PRACy4/
Il-Milied iħeġġeġ fina xewqa li nestendu lilna nfusna lil hinn mir-rabtiet normali tagħna ta’ mħabba u ħbiberija.
It-tħabbira tas-sema “paċi fl-art lil bnedmien ta’ rieda tajba” ma kinitx limitata għal dawk li għalihom diġà għandna sentimenti ta’ mħabba u affezzjoni. Hija indirizzat għal ħbieb, għal barranin, anke għall-għedewwa.
Il-Milied huwa wkoll żmien ta’ maħfra, żmien biex infejqu feriti qodma u nirrestawraw relazzjonijiet li marru ħażin.
Il-Milied it-Tajjeb lil kull wieħed u waħda minna. Jalla lkoll inħossu l-imħabba t’Alla għalina u nuru dik l-imħabba lejn il-proxxmu tagħna matul dan l-istaġun speċjali.