Ewropa

Qaddisin Ewropej tal-Aħħar Żmien jippreparaw biex jaraw il-konferenza ġenerali

Dawk li jmorru għall-konferenza jinġabru qabel is-sessjoni tal-konferenza ġenerali tal-Ħadd filgħodu fiċ-Ċentru tal-Konferenzi f’Temple Square fil-belt Salt Lake, Utah, nhar l-1 ta’ Ottubru, 2023.
Dawk li jmorru għall-konferenza jinġabru qabel is-sessjoni tal-konferenza ġenerali tal-Ħadd filgħodu fiċ-Ċentru tal-Konferenzi f’Temple Square fil-belt Salt Lake, Utah, nhar l-1 ta’ Ottubru, 2023.

Il-konferenza ġenerali hija laqgħa dinjija tal-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien. Darbtejn fis-sena, matul l-ewwel tmiem il-ġimgħa t’April u Ottubru, mexxejja tal-Knisja minn madwar id-dinja jaqsmu messaġġi ffukati fuq Ġesù Kristu u l-Evanġelju tiegħu. Fost dawk li jsegwu xandiriet tal-konferenza li joriġinaw mill-belt ta’ Salt Lake fl-Istati Uniti fis-6-7 ta’ April 2024 se jkun hemm ħafna eluf ta’ fidili minn madwar l-Ewropa.

“Il-​konferenzi ġenerali bierku ħajti għax dejjem hemm mill-​inqas taħdita waħda li kienet maħsuba għalija biss f’sitwazzjoni jew prova speċifika li kont għaddej minnha,” jgħid membru tal-​Knisja li joqgħod il-​Ġermanja. Fl-aħħar konferenza f’Ottubru 2023, il-President tal-Knisja Russell M. Nelson stieden lis-semmiegħa biex naraw li ħsibijietkom ikunu ċelestjali.

Membru lokali mill-​Olanda jirrifletti, “Għalija, li naħseb ċelestjali jfisser li npoġġi iktar fiduċja fiż-​żmien u l-​pjan t’Alla u li jkollna fidi li l-​affarijiet se jirnexxu għall-​ġid tagħna. Ifisser ukoll li titgħallem tħalli u tpoġġi l-affarijiet f’idejh. Verament kont qed naħdem fuq dan, u sibt paċi interna.”

Membru mill-Iżvizzera jżid, “Issa nsib lili nnifsi nikkontempla aktar spiss l-implikazzjonijiet eterni tad-deċiżjonijiet tiegħi u dak li hu verament importanti.” Is-sessjonijiet kollha tal-konferenzi se jiġu mxandra live fuq il-paġna tax-xandiriet diretti ta’ ChurchofJesusChrist.org f’aktar minn 70 lingwa. Jistgħu jarawhom ukoll fuq l-istazzjon tal-YouTube tal-Konferenza Ġenerali, l-app Gospel Stream, il-Librerija tal-Evanġelju, u stazzjonijiet oħra tar-radju, tat-televiżjoni, tas-satellita u diġitali.

Wara x-xandira, il-messaġġi se jkunu disponibbli f'formati ta' test, awdjo, u vidjo fuq kanali multipli f'aktar minn 70 lingwa għall-wiri u l-istudju fuq talba. Dawn il-kanali jinkludu Gospel Library, Media Library, l-istazzjon YouTube tal-Konferenza Ġenerali, Gospel Stream, u r-rivisti tal-Knisja.